start date December 17, 2022
map icon Valletta Design Cluster

Workshop tal-pupazzi għat-tfal

17/12/2022
10:30 AM to 11:30 AM
Co-Working Space,Valletta Design Cluster

Workshop tal-pupazzi għat-tfal

A photo showing workshop leader in shadow puppet making session

Qed tfittex biex tagħmel xi attivitajiet ta’ żmien il-Milied mat-tfal ċkejknin tiegħek? Kulma għandek tagħmel huwa li ġġibhom għal waħda mis-sessjonijiet tagħna li fihom se nkunu qed nagħmlu shadow-puppets bit-tema tal-Milied u Sarah u Caroline se jieħdu ħsieb il-kumplament!

It-tfal se jkunu qed joħolqu x-shadow-puppets tagħhom stess filwaqt li jitgħallmu l-kapaċitajiet kollha sabiex tittella’ prestazzjoni ta’ shadow-theatre. Il-materjal kollu meħtieġ se jkun qed jiġi pprovdut. Dawn is-sessjonijiet huma miftuħin għal tfal li għandhom bejn il-5 u l-10 snin u li jridu jkunu akkumpanjanti minn adult il-ħin kollu. Il-postijiet huma limitati. Dawk interessati jridu jirreġistraw billi jibagħtu email fuq info@vca.gov.mt u jinkludu isimhom, in-numru ta’ tfal li se jattendu u l-etajiet tagħhom, kif ukoll numru ta’ kuntatt.

Din l-attività hija parti mill-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta: Christmas in the Capital.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

Spaces and Memories

25/02/2026
Valletta Design Cluster, Valletta

Avveniment tal-Għeluq tar-Residenza tal-Artisti ta' Spazju Kreattiv Ingħaqad

Creativity

Skopri l-Opportunitajiet ta’ Finanzjament ma’ Xjenza Malta

18/02/2026
Valletta Design Cluster

Il-Postijiet huma limitati: Irriserva Postok Ingħaqad magħna fit-18