start date May 25, 2022
map icon Ġnien Laparelli

Cinema City 2022

25/05/2022 - 29/05/2022
12:00 AM - 12:00 AM
Valletta,Ġnien Laparelli

Cinema City 2022

L-edizzjoni ta’ din is-sena, kkurata mill-komunità tinkludi temi varji fosthom Films Klassiċi Moderni, Lejla ddedikata għall-Animazzjoni, Film Malti u Lejla għall-Familja. Il-films se jintwerew fid-9pm skont l-iskeda li ġejja:

It-Tlieta 24 ta’ Mejju – Little Miss Sunshine

L-Erbgħa 25 ta’ Mejju – Simshar

Il-Ħamis 26 ta’ Mejju – The Matrix

Il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju – La Vita e Bella

Is-Sibt 28 ta’ Mejju – The Iron Giant

Ispirati mill-inizjattiva tal-UE Be Spectactive, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta stiednet membri tal-udjenza biex isiru parteċipanti attivi f’dan l-avveniment ta’ wiri tal-films. Il-voluntiera ntalbu jaraw numru ta’ films li jaqgħu taħt ġeneri differenti mill-kumdità u s-sigurtà ta’ darhom stess, li minnhom ġew magħżula l-ħames films li se jintwerew. L-udjenza tista’ tgawdi dan il-wiri ta’ films fil-miftuħ, mingħajr ħlas.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bil-preżentazzjoni tal-Karta tal-Identità. Il-postijiet huma limitati u fuq bażi first come first served. Tista’ wkoll tibgħat email fuq vcacomms@gmail.com fejn tindika t-titlu tal-film, isem il-persuna li qed tirriserva l-biljetti u n-numru tal-karta tal-identità biex tirriserva l-postijiet.

Għal aktar informazzjoni ibgħat email lill-Aġenzija fuq info@vca.gov.mt.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

An image showing Christmas lights during Christams in the Capital
Christmas

Christmas in the Capital

25/11/2024 - 24/12/2024
Madwar il-Belt Valletta

Iċċelebra l-istaġun tal-Milied permezz tal-Programm imżewwaq b’attivitajiet tal-Aġenzija

Definitely Dylan
Music

Definitely Dylan

12/10/2024

Il-kantant u kantawtur straordinarju Bob Dylan, rebbieħ tal-Premju

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA