• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Sejħa Miftuħa għal Sħubija Annwali fi Studjo fil-Valletta Design Cluster

Sejħa Miftuħa għal Sħubija Annwali fi Studjo fil-Valletta Design Cluster

Oażi Kreattiva għal Imħuħ Innovattivi

Il-Valletta Design Cluster qed iħabbar sejħa ġdida għal Sħubija fi Studjo li tistieden individwi innovattivi kif ukoll kumpaniji nano u micro li jaħdmu fil-qasam tad-disinn, biex jingħaqdu ma’ din il-kommunità kreattiva vibranti.

Il-Valletta Design Cluster, li jinsab fil-qalba tal-Belt Valletta, huwa ċentru għal diversi talenti u mħuħ kreattivi. Is-Sejħa għal Sħubija Annwali fi Studjo hija opportunità mill-aqwa biex l-artisti, id-disinjaturi u l-professjonisti kreattivi jsiru parti minn spazju kollaborattiv li jrawwem l-ispirazzjoni u jimbotta l-konfini tal-kreattività.

Is-Sejħa għall-Istudjo hija miftuħa għal individwi f’diversi dixxiplini fosthom dawk relatati mad-disinn, mal-moda, prattiċi maker-based, l-arti viżiva u ħafna oħrajn.

Il-Valletta Design Cluster joffri aktar minn sempliċiment spazju tax-xogħol; dan jipprovdi ambjent dinamiku fejn individwi li jaħsbuha l-istess jistgħu jikkollaboraw, jaqsmu l-ideat, u jidħlu f’komunità li tagħti s-sapport meħtieġ. L-applikanti li jintgħażlu se jiksbu aċċess għal studio privat mill-aktar avvanzat u Makerspace mgħammar bl-aħħar għodod u riżorsi li minnu nnifsu jrawwem ambjent għall-innovazzjoni.

Il-Valletta Design Cluster joffri opportunitajiet ta’ netwerking filwaqt li jospita avvenimenti u workshops regolari.  Dan joħloq ukoll diversi possibilitajiet għall-individwi biex jingħaqdu ma’ professjonisti fl-industrija u persuni kreattivi oħrajn.

Dawk l-individwi interessati għandhom ċans sat-12 ta’ Jannar 2024, f’nofsinhar sabiex jissottomettu l-portafoll u l-applikazzjoni tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar is-Sejħa għal Sħubija fi Studjo u għad-dettalji dwar l-applikazzjoni, żur il-paġna elettronika tal-Valletta Design Cluster.

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo