Catherine Tabone hija l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Gradwata mill-Universitajiet ta’ Malta u Cambridge, matul is-snin okkupat diversi karigi maniġerjali fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika ta’ Malta u kienet ukoll kuratur tal-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Is-Sinjura Tabone inħatret Direttur għall-Kultura fl-2013 bir-responsabbiltà li tipprovdi direzzjoni politika u pariri dwar l-arti, il-wirt, u l-awdjo-viżiv. F’dan ir-rwol, hija kienet involuta direttament fil-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Barra minn hekk, mexiet ir-ratifika ta’ Malta tal-Konvenzjoni tal-UNESCO għas-Salvagwardja tal-Wirt Kulturali Intanġibbli u mexxiet inizjattivi ta’ kollaborazzjoni storiċi ta’ livell għoli bejn Malta u s-Santa Sede. Aktar reċentement, hija kellha l-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv fil-Fondazzjoni Valletta 2018, li kienet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta. Fir-rwol attwali tagħha, is-Sinjura Tabone għandha r-responsabbiltà għall-ħolqien ta’ avvenimenti artistiċi ta’ kwalità għall-belt kapitali ta’ Malta, sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-Sinjura Tabone hija riċerkatriċi ippubblikata u, matul is-snin, serviet fuq numru ta’ Bordijiet u Kumitati Governattivi, fosthom; membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, membru tal-Kumitat taċ-Ċittadinanza bil-Mertu, Chairperson tal-Creativity Trust u Chairperson tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Geoparks u s-Siti tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.