Sejħa għall-applikazzjonijiet għal kandidati biex iwettqu dmirijiet bħala Koordinatur tal-Operatvfl-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA)

Nomenklaturi li jindikaw is-sess maskili jinkludu wkoll is-sess femminili

Is-servizzi ta’ Koordinatur tal-Operat huma meħtieġa fil-VCA, u jibdew mill-2024, b’medja ta’ 40 siegħa ta’ servizz fil-ġimgħa.

Il-kandidat li jintgħażel ser jidħol f’Kuntratt għal Servizz għal perjodu ta’ 36 (sitt u tletin) xahar. Is-servizz ser jitħallas b’€14 (eskluża l-VAT) fis-siegħa, b’medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa ta’ servizz meħtieġ. Il-valur totali tal-kuntratt ma jaqbiżx is-€87,360  (eskluża l-VAT) fuq tliet snin. Kwalunkwe taxxi jew ħlasijiet oħra għandhom jitħallsu mill-kandidat li jintgħażel.

 

  1. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

Il-VCA hija entità tal-Gvern li ssostni u ssaħħaħ il-ħajja kulturali vibranti tal-Belt Kapitali permezz tal-ħolqien ta’ programm annwali ta’ avvenimenti kreattivi żviluppati b’kollaborazzjoni ma’ artisti u Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi oħra. Bħala l-legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-VCA issostni wkoll standards ta’ eċċellenza fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali fil-belt, filwaqt li tinkoraġġixxi aċċess u parteċipazzjoni minn udjenza diversa.

 

  1. Servizzi Meħtieġa

Il-Koordinatur tal-Operat se jifforma parti mid-Dipartiment tal-Operat tal-VCA u se jkun qed jaħdem taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Operat u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Id-dmirijiet ewlenin tal-Koordinatur tal-Operat:

  • L-amministrazzjoni ta’ bażijiet ta’ data lokali u/jew tal-UE li jappartjenu għall-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta;
  • Li jservi bħala l-ewwel linja ta’ appoġġ għas-soluzzjoni ta’ xi problemi rrappurtati u kif meħtieġ jeskala l-kwistjoni lis-sid tas-sistema operattiva, lil parti terza jew lill-fornitur kif applikabbli;
  • It-twettiq kif meħtieġ ta’ evalwazzjoni ta’ analiżi tas-sistemi u l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti operattivi, b’mod partikolari:
  • Għajnuna lill-utenti fil-ħruġ tar-rapporti meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ kuljum u rapporti oħra ad hoc li jistgħu jkunu meħtieġa;
  • Il-monitoraġġ tal-obbligi kuntrattwali tal-fornitur;
  • L-iżgurar ta’ aderenza mal-politiki u d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni fir-relazzjonijiet mal-Operat;
  • Il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa;
  • It-twettiq ta’ kull akkwist meħtieġ skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku;
  • L-implimentazzjoni ta’ kopertura tal-assigurazzjoni u r-rekwiżiti tagħha;
  • Iż-żamma tas-saħħa u s-sigurtà u r-rekwiżiti tal-ġestjoni tal-kwalità;
  • Il-ġbir u l-aġġornament tal-inventarju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta kif meħtieġ;
  • It-twettiq ta’ dmirijiet ta’ akkoljenza meta meħtieġ;
  • It-twettiq ta’ kull dmir ieħor kif ordnat mis-CEO jew ir-rappreżentant tagħha skont l-esiġenzi tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

 

Il-Koordinatur tal-Operat se jkun meħtieġ jaħdem kif ġej:

– Mit-08:00 sas-13:45 mit-Tnejn sal-Ġimgħa esklużi l-Festi Pubbliċi/Nazzjonali, matul il-perjodu tas-sajf. Il-perjodu tas-sajf ma jinkludi l-ebda waqfa iżda jekk tkun mitluba waqfa minima ta’ 15-il minuta mill-Fornitur tas-Servizz, dan għandu jitnaqqas mis-sigħat ta’ servizz mogħti mill-Fornitur tas-Servizz.

– Mit-08:00 sal-17:30 mit-Tnejn sal-Ġimgħa esklużi l-Festi Pubbliċi/Nazzjonali, matul il-perjodu tax-xitwa. Il-perjodu tax-xitwa jinkludi waqfa ta’ kuljum ta’ 45 minuta li tista’ titnaqqas mis-sigħat ta’ servizz mogħti mill-Fornitur tas-Servizz.

– Jistgħu jintalbu sigħat addizzjonali ta’ servizz mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta skont l-esiġenzi tax-xogħol.

 

Il-ħlas għandu jiġi affettwat skont is-sigħat ta’ servizz mogħti (esklużi kwalunkwe waqfiet ta’ assenza temporanja) wara s-sottomissjoni ta’ timesheet ta’ kull xahar li tiddeskrivi s-sigħat ta’ servizz ta’ kuljum mogħtija u fattura fiskali dettaljata.

 

  1. Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa

Kwalifika ta’ Baċellerat fil-Livell MQF 6 (soġġetta għal minimu ta’ 180 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) f’suġġett relatat max-Xjenzi Soċjali/il-Management/l-Amministrazzjoni jew kwalifika komparabbli relatata, flimkien ma’ sena esperjenza ta’ xogħol rilevanti ppruvata.

Jew

Kwalifika ta’ Diploma fil-Livell MQF 5 (soġġetta għal minimu ta’ 60 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fl-Ixjenzi Soċjali/il-Management/l-Amministrazzjoni jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma’ tliet (3) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti ppruvata.

L-għarfien u l-esperjenza tax-xogħol relatati mal-ICT se jitqiesu bħala vantaġġ.

Il-kwalifiki u l-esperjenza mitluba għandhom ikunu sostnuti minn ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni jew mibgħuta separatament lill-Kap tal-HR Management fil-Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta jew b’email fuq hr@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq.

Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew it-testimonjanzi għandhom jiġu prodotti invarjabbilment għall-verifika waqt l-intervista.

 

  1. Applikazzjonijiet

L-applikanti interessati huma mitluba jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni indirizzata lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati. Dawn id-dokumenti, għandhom jintbagħtu bl-email fuq: hr.vca@vca.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal-Ġimgħa 8 ta’ Marzu 2024. Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista, immexxija mill-Bord tal-Għażla biex jevalwa l-idoneità tagħhom biex iwettqu d-dmirijiet imsemmija hawn fuq. L-intervista tista’ ssir fuq l-internet.

L-għażla finali ser issir fuq mertu tekniku. Se tkun ibbażata fuq analiżi tad-dokumentazzjoni sottomessa skont ir-rekwiżiti ta’ din is-sejħa, u fuq ir-riżultat tal-intervista