Il-VCA qed tfittex proposti għal żewġ installazzjonijiet biex ikunu parti mill-proġett ‘Rainbow Streets’. Il-qawsalla hija kapolavur artistiku fis-sema. F’ħafna kulturi, il-qawsalla hija suġġett ta’ simboliżmu profond, li jirrappreżenta t-tama, il-konnessjoni u l-għaqda, u ispirat l-arti, il-miti u l-poeżija matul iż-żminijiet.
 
L-artisti qed jiġu mistiedna jissottomettu proposti għal installazzjoni(jiet) artistika fit-triq li b’kuluri vivaċi u jixegħelu u/jew elementi mhux tas-soltu, jistiednu lil dawk li jkunu għaddejjin biex jimxu taħtha u jgawduha lil hinn mill-kuntest ta’ mużew tradizzjonali, u b’enfasi fuq l-importanza li ngħixu fil-preżent li għandna, aktar milli f’dak li nixtiequ li jkollna.
 
**Post:**
 
Iż-żewġ installazzjonijiet se jkunu jinsabu f’żewġ toroq differenti: Triq it-Teżorerija u Triq in-Nofsinhar (il-parti ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta)
 
Tul ta’ żmien: Bidu ta’ Lulju sa nofs Settembru. Id-dati jiġu kkonfermati aktar tard.
 
L-Aġenzija se tikkollabora mal-artist(i) magħżul(a) fil-produzzjoni tal-proġett.
 
Ninsabu interessati fi proposti għal installazzjonijiet artistiċi li …
• Huma kkuluriti u attraenti, kemm matul il-ġurnata kif ukoll billejl;
• Huma ġodda, oriġinali u innovattivi;
• Huma ispirati mill-Belt Valletta: l-istorja tagħha, it-tradizzjonijiet preżenti, qodma u ġodda, l-arkitettura, eċċ.
• Huma b’saħħithom biżżejjed biex ikunu esposti għal xahrejn u nofs u jistgħu jifilħu għall-kundizzjonijiet tat-temp bħal xemx qawwija, riħ u ħalbiet tax-xita;
• Huwa primarjament installati fil-għoli, u jippermettu lin-nies jimxu taħthom b’mod sigur mingħajr ma jiżgombraw it-toroq dojoq;
• Jistgħu jiġu mdendla fuq kejbils tal-azzar eżistenti li jinsabu tul it-triq. Mhux permess li jitwaħħlu kejbils ġodda jew li jsiru interventi irriversibbli fit-triq jew fuq il-faċċati tal-bini;
• Huma konxji mill-ambjent fl-implimentazzjoni tagħhom, inkluż fl-għażla tal-materjali. L-użu tal-plastik huwa skoraġġut sakemm ma jerġax jintuża jew jiġi rriċiklat u jkun hemm pjan għar-rimi tiegħu li jkun konxju mill-ambjent meta jintemm il-perijodu tal-installazzjoni. Il-materjali jistgħu jinkludu metall, injam, ħġieġ, tessuti, ċeramika, dwal eċċ;
 
**L-applikant ewlieni għandu:**
• Jkollu mill-anqas 18-il sena fid-data tal-applikazzjoni;
• Ikun l-Artist Ewlieni tal-Proġett; u
• Jkollu numru tal-VAT.
 
*Organizzazzjonijiet tal-Gvern jew organizzazzjonijiet privati li jirċievu fondi permezz ta’ Vot Linja tal-Gvern mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal din is-sejħa.*
 
__**KIF GĦANDEK TAPPLIKA**__
 
L-idea artistika proposta tiegħek għandha tinkludi dan li ġej:
• Kunċett, deskrizzjoni u skeċċ tal-proġett propost;
• Lista proposta ta’ artisti parteċipanti, jekk hemm;
• Baġit preliminari propost, bħal fi ‘Ħlas u Spejjeż Oħra’ fl-applikazzjoni, li għandu jinkludi l-ħlas lill-artisti u spejjeż assoċjati mar-rider tekniku, l-ispiża tal-materjali. Dan il-baġit imbagħad jiġi diskuss u żviluppat aktar mal-VCA f’każ li jintgħażel il-proġett;
• Dokumenti ta’ sostenn.
 
Barra minn hekk, jekk jogħġbok ibgħat id-dokumenti essenzjali msemmija hawn taħt:
• kopja tal-karta tal-identità tal-Artist Ewlieni bħala l-applikant ewlieni;
• kopja taċ-ċertifikat tal-VAT tal-Artist Ewlieni, jew kopja ta’ riċevuta tal-VAT vojta minn ktieb uffiċjali tal-irċevuti tal-VAT bid-dettalji tal-Artist Ewlieni, bħala l-applikant ewlieni;
• CV u portafoll artistiku tal-Artist Ewlieni bħala l-applikant ewlieni;
• Bijografija qasira ta’ kwalunkwe artist ieħor involut;
• Fil-każ tal-użu ta’ xogħol eżistenti kopert bid-drittijiet tal-awtur (copyright) fil-Proġett il-ġdid, kompletament jew parzjalment, konferma mingħand id-detentur tal-liċenzja li l-istess xogħol jista’ jintuża u/jew kwotazzjoni għall-ispejjeż tal-liċenzjar.
 
Ġentilment nitolbu lill-applikanti jissottomettu d-dokumenti rilevanti bħala PDFs permezz ta’ email jew ħoloq għat-trasferiment ta’ fajls (eż. Wetransfer.com). Ħoloq għal sistemi ta’ ħażna fuq cloud, bħal Google Drive jew One Drive, mhux se jiġu kkunsidrati.
 
Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti elenkati jkunu nieqsa, l-applikazzjoni sottomessa ma tiġix ikkunsidrata.
 
**X’se tipprovdi l-Aġenzija:**
 
F’kollaborazzjoni mal-Artist, l-Aġenzija tkun responsabbli biex tipproduċi l-proġett inkluż li tipprovdi għarfien espert tekniku, xogħol manwali, permessi u rekwiżiti loġistiċi oħra kemm għall-installazzjoni kif ukoll għaż-żarmar. L-Aġenzija se tipprovdi wkoll Valutazzjoni tar-Riskju tas-Saħħa u s-Sikurezza u Assigurazzjoni tar-Responsabbiltà Pubblika.
 
*Il-marketing u l-komunikazzjoni kollha se tieħu ħsiebhom internament l-Aġenzija.*
 
Kull idea għal proġett magħżula trid tiġi realizzata bl-użu tas-somma allokata mill-Aġenzija. L-Aġenzija qed talloka sa EUR 9,000 eskl. 18% VAT għal kull proġett magħżul. Għalkemm ħafna mill-produzzjoni se tkun f’idejn l-Aġenzija, l-applikant huwa meħtieġ li jipprovdi stima fl-applikazzjoni biex juri li l-installazzjoni proposta tista’ titwettaq bil-baġit disponibbli. L-istima għandha tinkludi
 
• Ħlas għall-artist(i);
• Il-Ksib ta’ Materjali;
• Spejjeż ta’ trasport, xogħol manwali u installazzjoni (inklużi trakkijiet ‘high-up’);
• Tagħmir tekniku bħal dawl, provvista tal-elettriku temporanja, jekk meħtieġ;
• Akkomodazzjoni u vjaġġar għal artisti internazzjonali, jekk meħtieġ; u
• Spejjeż oħra tal-produzzjoni inkluż merkanzija, kwalunkwe spejjeż ta’ liċenzjar, konsum tal-elettriku (jekk l-installazzjoni hija bbażata fuq id-dawl) eċċ.
 
__**Ibgħat l-idea tal-proġett propost tiegħek u d-dokumenti kollha mitluba permezz ta’ email lil opencalls@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April 12:00 (GMT+2/CEST).**__ Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.
 
Għal kwalunkwe mistoqsija rilevanti, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq opencalls@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mis-6 ta’ April 2021, 12:00 (GMT+2/CEST).
 
__**EVALWAZZJONI U T&K**__
 
**Kriterji għall-Evalwazzjoni**
 
Irid jinkiseb minimu ta’ 65 punt biex proposta titqies eliġibbli.
 
*Kunċett (60 punt)*
 
• L-installazzjoni proposta hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa?
• L-arti kemm tirrifletti rabta mal-Belt Valletta?
• Kemm se jkun qawwi l-impatt esperjenzali tal-idea proposta fuq il-pubbliku?
• Id-disinn huwa teknikament fattibbli?
• Kemm huma b’saħħithom id-disinn u l-materjali proposti biex jibqgħu sodi tul ix-xahrejn u nofs tal-wirja?
• L-installazzjoni proposta u l-implimentazzjoni tagħha huma ambjentalment sostenibbli?
 
**Produzzjoni u Finanzjament (40 punt)**
 
• Il-baġit preliminari propost huwa meqjus raġonevoli fir-rigward tal-proġett propost?
• L-installazzjoni proposta hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa?
• L-arti kemm tirrifletti rabta mal-Belt Valletta?
• Kemm se jkun qawwi l-impatt esperjenzali tal-idea proposta tal-proġett fuq il-pubbliku tagħha?
• Id-disinn huwa teknikament fattibbli?
• Kemm huma b’saħħithom id-disinn u l-materjali proposti biex jibqgħu sodi tul ix-xahrejn u nofs tal-wirja?
• L-installazzjoni proposta u l-implimentazzjoni tagħha huma ambjentalment sostenibbli?
• L-applikant ikkunsidra kwistjonijiet loġistiċi u ta’ produzzjoni fil-ħolqien tal-idea proposta tal-proġett Kemm huma b’saħħithom id-disinn u l-materjali proposti biex jibqgħu sodi tul ix-xahrejn u nofs tal-wirja?
• Il-kalendarju propost għall-produzzjoni tal-idea tal-proġett huwa effettiv u realistiku?
 
__**Termini u Kundizzjonijiet**__
 
• Is-sottomissjonijiet għandhom jissodisfaw l-obbligi kollha tal-applikazzjoni biex ikunu kkunsidrati eliġibbli. Kwalunkwe ommissjoni jew informazzjoni nieqsa tirrendi l-idea artistika proposta u d-dokumenti sottomessi relatati ineliġibbli.
• Is-sottomissjonijiet jiġu evalwati skont il-Kriterji ta’ Evalwazzjoni speċifikati f’din is-sejħa minn bord tal-evalwazzjoni skont il-perjodi ta’ żmien indikati.
• Il-mistoqsijiet kollha mibgħuta lill-Aġenzija b’rabta ma’ din is-Sejħa jiġu ppubblikati bħala dokument FAQ, li min-naħa tiegħu jkun disponibbli għall-applikanti kollha u l-pubbliku ġenerali fuq www.vca.gov.mt. It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet jiffurmaw parti minn dan il-proċess ta’ applikazzjoni u għalhekk huma kkunsidrati bħala parti mit-termini u l-kundizzjonijiet għall-istess.
• Organizzazzjonijiet tal-Gvern jew organizzazzjonijiet privati li jirċievu fondi permezz ta’ Vot Linja tal-Gvern mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal din is-sejħa.
• Għal kull proġett magħżul, l-Aġenzija qed talloka somma sa mhux aktar minn € 9,000 eskl. VAT.
• Ladarba jintgħażel, l-Artist Ewlieni se jkun qed jiltaqa’ mad-Dipartiment tal-Ipprogrammar u l-Produzzjoni tal-Aġenzija, biex ikompli jiżviluppa l-idea u jiffinalizza l-kontenut, il-baġits u l-produzzjoni tal-proġett b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija.
• Sussegwentement, l-Artist Ewlieni jidħol f’kuntratt għal Servizz mal-Aġenzija. L-Artist Ewlieni magħżul jirċievi l-ħlas għas-servizzi rispettivi tiegħu, b’persentaġġ finali li jitħallas mat-tlestija sodisfaċenti tal-proġett (dovut mhux aktar tard minn xahar wara l-avveniment).
• Il-materjal u l-kampanji tal-marketing u l-komunikazzjoni se jinħolqu u jiġu mmaniġġjati direttament mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. L-ispejjeż għall-marketing u l-komunikazzjoni ma jaqgħux taħt il-baġit ta’ Eur 9,000 disponibbli għal kull installazzjoni.
• Kwalunkwe inizjattiva ta’ sponsorizzazzjoni jew kollaborazzjoni tkun immexxija mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, skont in-natura tal-proposta. Proposti li jinkludu finanzjament minn partijiet terzi jew awtofinanzjament jiġu kkunsidrati bħala ineliġibbli.
• L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tagħżel l-ebda ideat għal proġett jekk l-ebda waħda mis-sottomissjonijiet ma tissodisfa l-kriterji stabbiliti.
• Id-dettalji personali tal-applikanti jinżammu mill-Aġenzija sa sena wara l-għeluq ta’ din is-Sejħa għall-Proposti, għall-finijiet ta’ din is-sejħa u inizjattivi oħra simili.
 
**Skeda taż-żmien**
 
• Is-sejħa tiftaħ fil-15 ta’ Marzu 2021;
• Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu lil opencalls@vca.gov.mt sas-6 ta’ April 2021;
• Is-sejħa tagħlaq fil-15 ta’ April 2021, 12:00 (GMT+2/CEST);
• Ir-riżultat finali jintwera bejn Lulju sa Settembru, skont is-sejħa;
 
__**MISTOQSIJIET FREKWENTI**__
 
** Informazzjoni dwar Triq in-Nofsinhar: **
1. Wisa’ – 6 mtrs u nofs;
2. Tul massimu – 58.57 mtrs
3. Hemm 3 kejbils disponibbli;
4. Il-kejbils ġew installati biex iżommu dwal għall-festa u għalhekk mhumiex iddisinjati biex isostnu piżijiet tqal, preżumibbilment xejn itqal minn 5 kg. Verifika ta’ Perit se tkun imfittxija mill-Aġenzija dwar il-fattibilità tal-proposti magħżula u l-Aġenzija eventwalment se taħdem mal-artist magħżul biex tiżviluppa x-xogħol sabiex ikun jista’ jiġi installat b’mod sikur.
5. Kollox għandu jkun installat fuq il-post b’mod kompletament riversibbli, li ma jiżgura l-ebda impatt fuq xi bini u l-elementi arkitettoniċi storiċi tagħhom.
L-ebda kejbils addizzjonali ma jistgħu jitħallew jaqsmu l-faċċata ta’ xi bini u l-ebda marka permanenti (inklużi tattak) ma tista’ ssir fuq l-uċuħ.
6. Għalkemm it-triq kollha indikata hija disponibbli, l-installazzjoni m’għandhiex għalfejn tkopri t-triq kollha. Huwa f’idejn l-artist li jiddeċiedi x’jixtiequ / kapaċi jkopru.
 
B’kollox hemm 3 settijiet ta’ kejbils tul it-triq. Kull sett huwa magħmul minn żewġ kejbils, issettjati 50 ċm ‘il bogħod minn xulxin. Għal referenza faċli dawn is-settijiet ta’ kejbils se jissejħu A, B u Ċ li jmorru minn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta. Id-distanza bejn il-kejbil A għall-kejbil B hija 19m, bejn B u Ċ hija 22m. L-għoli tal-kejbils mill-bankina huwa 4.5m.
 
It-triq hija okkupata minn diversi kafetteriji, ħwienet u djar residenzjali. Jista’ jkun possibbli li jintużaw imsiemer eżistenti u akkrejazzjonijiet oħra diġà mwaħħla fuq il-faċċati tat-triq. Bil-permess tas-sidien, jista’ jkun possibbli wkoll li jsir użu minn elementi privati ​​bħal gallariji iżda l-installazzjoni m’għandhiex tiddependi fuq dan peress li l-permess ikollu jintalab u mhux garantit.
 
![text](https://portal.vca.gov.mt/uploads/9ffd6a7e22ec489f9f70602a6258fab5.jpg)
![text](https://portal.vca.gov.mt/uploads/985477d78b934854b68aeffa2be1ca8f.jpg)
![text](https://portal.vca.gov.mt/uploads/88000d778839471c8b4564a0be877ea7.PNG)
 
**Informazzjoni dwar it-Triq tat-Teżorerija:**
1. Il-wisa’ hija ta’ 3 metri;
2. Tul massimu – 82.51 mtrs
3. Hemm 5 kejbils disponibbli;
4. Il-kejbils ġew installati biex iżommu dwal għall-festa u għalhekk mhumiex iddisinjati biex isostnu piżijiet tqal, preżumibbilment xejn itqal minn 5 kg. Verifika ta ’Perit se tkun imfittxija mill-Aġenzija dwar il-fattibilità tal-proposti magħżula u l-Aġenzija eventwalment se taħdem mal-artist magħżul biex tiżviluppa x-xogħol sabiex ikun jista’ jiġi installat b’mod sikur.
5. Kollox għandu jkun installat fuq il-post b’mod kompletament riversibbli, li ma jiżgura l-ebda impatt fuq xi bini u l-elementi arkitettoniċi storiċi tagħhom. L-ebda kejbils addizzjonali ma jistgħu jitħallew jaqsmu l-faċċata ta ‘xi bini u l-ebda marka permanenti (inklużi tattak) ma tista’ ssir fuq l-uċuħ.
6. Jekk il-pjan tiegħek hu li tuża ż-żona taħt l-arkati, xejn ma jista’ jitwaħħal direttament mas-saqaf tal-ġebel jew il-pilastri f’dik iż-żona.
7. Għalkemm it-triq kollha indikata hija disponibbli, l-installazzjoni m’għandhiex għalfejn tkopri t-triq kollha. Huwa f’idejn l-artist li jiddeċiedi x’jixtiequ / kapaċi jkopru.
 
B’kollox hemm 5 kejbils tul it-triq. Għal referenza faċli dawn is-settijiet ta’ kejbils se jissejħu A, B, Ċ, D u E li jmorru minn Triq Santa Luċija sa Triq it-Teatru l-Antik. Id-distanza bejn il-kejbil A għall-kejbil B hija 9.5m, bejn B u C hija 5.5, bejn C u D hija 6.5m, bejn D u E hija 6.5m, bejn E u F hija 10m. L-għoli tal-cables mill-bankina huwa 4m.
 
It-triq hija okkupata minn ħwienet u djar residenzjali. Jista’ jkun possibbli li jintużaw imsiemer eżistenti u akkrejazzjonijiet oħra diġà mwaħħla fuq il-faċċati tat-triq. Bil-permess tas-sidien, jista’ jkun possibbli wkoll li jsir użu minn elementi privati ​​bħal gallariji iżda l-installazzjoni m’għandhiex tiddependi fuq dan peress li l-permess ikollu jintalab u mhux garantit.
 
![text](https://portal.vca.gov.mt/uploads/f9d8e5891ae14d3b82530a987a5cb1b2.jpg)
![text](https://portal.vca.gov.mt/uploads/8838b6ff24634007ae8cd25301116c2b.PNG)
 
Is-sjieda ta’ kwalunkwe materjal / għodda mixtrija għall-proġett, li taqa’ taħt il-baġit (Euro 9,000 + VAT) hija nnegozjata fl-istadju tal-kuntratt mal-artist;
 
Il-proprjetà intellettwali hija tal-artist.