L-edizzjoni tal-2022 tal-Valletta Pageant of the Seas tiċċelebra t-80 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija permezz ta’ tlielaq tad-dgħajjes, mużika, projezzjonijiet, prestazzjonijiet u logħob tan-nar.
 
Iż-żona kkonċernata hija ż-żona ta’ Xatt il-Barrieri u f’din iż-żona m’hemmx biżżejjed postijiet tal-ikel u x-xorb biex jaqdu lin-numru ta’ persuni li mistennija jattendu.
 
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden operaturi ekonomiċi prospettivi biex jissottomettu applikazzjoni biex jirreġistraw l-interess tagħhom fil-provvista ta’ gabbani tal-ikel u x-xorb lill-udjenza matul il-lejl skont il-kundizzjonijiet t’hawn taħt.
 
Biex taċċessa d-dokument sħiħ ta’ din l-Espressjoni ta’ Interes agħfas fuq il-buttuna “Download Application Form” t’hawn taħt.