ESPRESSJONI TAINTERESS GĦALL-BEJJIEGĦA TAL-IKEL U X-XORB WAQT IT-TIENI EDIZZJONI TAL-VALLETTA LOCAL FOOD FESTIVAL 2023

 

  1. INTRODUZZJONI

Wara s-suċċess tal-Ewwel Edizzjoni tal-Valletta Local Food Festival, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se torganizza t-Tieni Edizzjoni ta’ dan il-Festival; avveniment kulinarju ta’ 3 ijiem immirat lejn il-promozzjoni ta’ ikel lokali, ingredjenti, produtturi lokali u negozji lokali fil-qasam tal-gastronomija.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden b’mod kordjali lill-artiġjani biex jissottomettu l-proposti tagħhom u jirreġistraw l-interess tagħhom biex joħolqu u jbigħu l-arti u l-artiġjanat tagħhom relatati ma’ jew ispirati minn kċina lokali, kitchen décor lokali u l-Belt Valletta waqt il-Valletta Local Food Festival.

Se jintgħażlu l-aħjar proposti li se jikkontribwixxu għall-kwalità tal-avveniment. L-artiġjani magħżula se jkollhom l-opportunità li jbigħu l-prodotti tagħhom f ’żona ta’ stalel ipprovduta mill-Aġenzija.

Il-Valletta Local Food Festival huwa festival ta’ 3 ijiem li l-għan tiegħu hu li jippromwovi ikel lokali, ingredjenti lokali, produtturi lokali u negozji lokali fi ħdan il-qasam tal-gastronomija. Il-Festival huwa sforz sabiex titqajjem kuxjenza dwar id-diversità u l-kreattività fix-xena kulinarja lokali, sabiex jintwerew delikaziji lokali, u sabiex jintwera li l-prodotti lokali tagħna jistgħu jikkompetu b’mod qawwi ma’ dawk barranin. Din is-sena, il-Festival se jiffoka wkoll fuq il-qawmien mill-ġdid tal-kċina tradizzjonali antika u storika mis-sekli 17 u 18. Se jiġi mistieden kok lokali mill-Belt biex juri u jagħti taħdita/seminar dwar l-ikel tal-għaġina lokali u l-isfond tagħhom.

Dan il-proġett li se jsir fil-Valletta Design Cluster, għandu l-għan li jinvolvi lill-pubbliku permezz ta’ massimu ta’ 15-il gabbana tal-ikel u x-xorb, 5 bankarelli tal-artiġjanat u 4 koki, kull wieħed joffri l-prodotti u r-riċetti tiegħu, filwaqt li jipprovdi wkoll taħditiet informattivi u interattivi qosra li jkopru diversi setturi tal-ikel u l-istorja tagħhom.

Il-Festival se jsir fil-Valletta Design Cluster, fil-5, fis-6, u fis-7 ta’ Ottubru 2023, mis-6:00pm sal-11:00pm.

 

Rinunzja:

L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni kif speċifikat hawn taħt, qed jikkonfermaw qbil mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din l-espressjoni ta’ interess.

L-applikanti għandhom jinnotaw ukoll li l-Aġenzija se tirrispetta kwalunkwe restrizzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-Saħħa lokali dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti pubbliċi.

 

  1. LINJI GWIDA

 

  • ĦOLQIEN U BEJGĦ TAPLATTI/PRODOTTI U XORB IPPAKKJATI

L-applikanti għandhom jipprovdu proposta li tinkludi lista tal-ingredjenti kollha prodotti lokalment għall-prodotti, għax-xorb u/jew għad-dixxijiet ippakkjati.

L-applikant li jintgħażel, bħala manifattur lokali tal-ikel, għandu jipprovdilna proposta dettaljata tad-dixxijiet, inklużi l-ingredjenti, il-preżentazzjoni, eċċ. Dawn id-dixxijiet jistgħu jiġu żviluppati aktar flimkien mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wara l-iffirmar tal-ftehim tal-kuntratt. Kwalunkwe emenda fil-kontenut tal-proposta għandha tiġi ppreżentata wkoll lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għall-approvazzjoni u għandha tkun skont il-viżjoni tagħha għall-Festival. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, kull platt għandu jkun fih l-ekwivalenti ta’ porzjon tal-bidu u għandu jkun ipprezzat b’mod raġonevoli biex iħeġġeġ lill-pubbliku jixtri platti li jikkonsistu fi prodotti lokali.

 

L-Aġenzija se tipprovdi lill-applikanti gabbana fil-Valletta Design Cluster u appoġġ loġistiku mingħajr ħlas.

 

Il-gabbani jistgħu jinkludu dan li ġej:

  • Prodotti ppakkjati lokalment bħaż-żejt taż-żebbuġa, il-ġulepp tal-ħarrub, l-għasel, iċ-ċatni, eċċ ….
  • Laħam
  • Ħut u frott tal-baħar
  • Frott u ħaxix
  • Bajd
  • Ġobnijiet u prodotti oħra magħmulin mill-ħalib
  • Ħobż u prodotti oħra li jinħmew
  • Delikatezzi tradizzjonali (ikel li jagħti fil-mielaħ jew pikkanti)
  • Ċikkulati u ħelu (deżerti tradizzjonali, qagħaq tal-għasel, ħelu tal-festi, imqaret etc…)
  • Prodotti vegani u veġetarjani

L-applikanti magħżula se jżommu d-dħul kollu ġġenerat mill-bejgħ.

 

  • ISTRUZZJONIJIET LILL-APPLIKANTI PROSPETTIVI
  • L-applikanti prospettivi għandhom jissottomettu formola tal-applikazzjoni mimlija u approvata kif xieraq li tinkludi d-dettalji u d-dokumenti kollha mitluba.
  • L-applikanti prospettivi għandhom jiżguraw li l-isem tal-kuntatt fuq il-formola tal-applikazzjoni jkun dak tal-individwu li, jekk jintgħażel, għandu jidħol fi ftehim mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sabiex jipparteċipa waqt il-Valletta Local Food Festival.
  • Permezz tas-sottomissjoni tal-Formola tal-Applikazzjoni, huwa mifhum li l-applikant ikun qara u jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din l-espressjoni ta’ interess u jafferma d-dikjarazzjonijiet kollha. L-ebda kundizzjoni u tibdil fir-rekwiżiti elenkati f’dan id-dokument ma għandhom jiġu introdotti/imposti mill-applikant fuq l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
  • Jistgħu jiġu aċċettati difversi offerti diment li jiġu effettwati sottomissjonijiet separati.
  • Il-kollaborazzjonijiet ma’ koki/produtturi oħra huma permessi, madankollu l-applikant għandu jibqa’ l-unika parti responsabbli relatata ma’ din l-applikazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni/ftehim sussegwenti.
  • Kull applikant għandu jkollu mill-inqas 18-il sena fiż-żmien tal-applikazzjoni.
  • Kull applikant għandu jkollu numru tal-VAT validu.
  • Permezz tas-sottomissjoni ta ’applikazzjoni, l-applikanti prospettivi għandhom jikkonfermaw li s-sottomissjonijiet tagħhom għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 90 jum mill-iskadenza tas-sottomissjoni.

 

  • SKEDA TA’ ŻMIEN GĦALL-APPLIKAZZJONI
L-espressjoni ta’ interess għall-parteċipazzjoni tiftaħ fil- 21/07/2023
It-talbiet għal kjarifika jistgħu jintbagħtu permezz tal-posta elettronika sa mhux aktar tard mid- 9/08/2023 f’nofsinhar
Skadenza għat-tweġibiet ta’ kjarifika kif maħruġa mill-Aġenzija kulturali għall-Belt Valletta 11/08/2023 f’nofsinhar
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-posta elettronika sa mhux aktar tard mill- 14/08/2023 f’nofsinhar (GMT+2/CEST)

 

Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-Tnejn 14 ta ’Awwissu 2023 f’nofsinhar (GMT+2/CEST). L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ email lil opencalls@vca.gov.mt.

Applikazzjonijiet li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti ma jiġux ikkunsidrati.

Għandha titwaħħal skeda tal-ftuħ fuq in-notice board tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fis-sekwenza ta’ kif jintlaqgħu l-applikazzjonijiet abbażi tat-timbru tal-ħin fuq l-email.

 

  • REKWIŻITI GĦAS-SOTTOMISSJONI

L-applikanti għandhom jimlew u jissottomettu l-Formola tal-Applikazzjoni inkluża fl-Anness I ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.

Bħala parti mill-Formola tal-Applikazzjoni, kull applikant għandu jissottometti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li ġejjin:

TAQSIMA A: Dettalji tal-Applikant

TAQSIMA B: Dettalji tal-Kollaboraturi (jekk applikabbli)

TAQSIMA C: Proposta

TAQSIMA D: Dikjarazzjoni

TAQSIMA E: Lista ta’ Kontroll u Dokumentazzjoni Addizzjonali

 

N.B. F’każ li wieħed jew aktar mir-rekwiżiti jew oqsma elenkati jkunu neqsin jew mhux kompluti, l-applikazzjoni sottomessa għandha tiġi skwalifikata minnufih u ma tiġix ikkunsidrata.

Nota 1: L-applikanti għandhom jissottomettu d-dokumenti rilevanti f ’format PDF permezz ta’ posta elettronika jew links ta ’trasferiment ta’ fajls (eż. wetransfer.com). Il-links għal sistemi ta’ ħżin tal-cloud bħal Google Drive jew One Drive mhux se jiġu kkunsidrati.

 

  • GĦAŻLA U EVALWAZZJONI

2.5.1 Linji Gwida tal-Għażla

Kull applikazzjoni se tiġi ttrattata b’kunfidenza stretta mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. L-Awtorità Kontraenti żżomm id-dritt li tagħżel u/jew tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet kollha sottomessi fid-diskrezzjoni tagħha. Jekk l-ebda wieħed mill-applikanti ma jitqies sodisfaċenti, l-Awtorità Kontraenti tirriżerva d-dritt li tassenja l-gabbani magħżula lil operaturi ekonomiċi oħra (li mhux bilfors ikunu involuti f’din l-Espressjoni ta’ Interess).

 

L-Awtorità Kontraenti tirriserva wkoll id-dritt li tpoġġi xi applikazzjonijiet fuq lista ta’ riserva u tikkuntattjahom f’data aktar tard. F’dan il-każ, l-ebda tibdil fil-kontenut tal-applikazzjonijiet kif sottomessi mill-operatur ekonomiku rispettiv m’għandu jiġi kkonsultat.

 

-Proċess tal-Għażla għandu jiġi bbażat fuq li ġej:

 

  • L-Aġenzija qed tfittex bejjiegħa tal-ikel u x-xorb li jistgħu jikkontribwixxu għal ċelebrazzjoni ta’ produzzjoni u kreattività lokali waqt il-Valletta Local Food Festival; avveniment iddedikat għall-uniċità tal-gastronomija Maltija permezz tal-promozzjoni ta’ ikel ġenwin lokali u kreattiv, u xorb. Dan għandu jiġi rifless fil-kontenut tal-applikazzjoni, il-proposta u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn sottomessi mill-applikanti.
  • L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha tiddetermina liema huma l-aħjar applikanti fid-diskrezzjoni tagħha u skont il-viżjoni li għandha tal-Valletta Food Festival 2023 skont il-kunċett propost mill-applikanti.

 

Se jsiru ftehimiet ma’ applikanti li l-proposti tagħhom ikunu jirriflettu bl-aħjar mod il-viżjoni li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha għal dan il-Festival. Jekk aktar minn applikant wieħed jipproponi l-istess kunċett, l-ispazji jistgħu jingħataw mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont il-kronogramma tal-email sottomessa li jkun fiha l-formola tal-applikazzjoni u dokumenti relatati.

 

2.5.2 Tabella ta’ Evalwazzjoni

Il-parteċipant prospettiv li jippreżenta d-dokumentazzjoni li ġejja bħala parti mis-sottomissjoni tiegħu. Il-punti għandhom jiġu allokati abbażi tal-kriterji elenkati maġenb il-punti. Il-kriterji kollha huma obbligatorji u għalhekk għandha tingħata risposta għal kull kriterju sabiex is-sottomissjoni tkun konformi teknikament.

 

Kwalunkwe informazzjoni rigward partijiet terzi għandha titneħħa skont il-GDPR
Kriterji Punti Massimi: 100
1.     Platti/Prodotti Ppakkjati/Xorb Propostia.      Ipprovdi proposta ta’ minimu ta’ 3 platti tal-ikel/prodotti ppakkjati differenti inkluż il-lista tal-prezzijiet

jew

b.      Ipprovdi proposta ta’ aktar minn 3 tipi ta’ platti tal-ikel/prodotti ppakkjati inkluż il-lista tal-prezzijiet 

10 punti

 

 

jew

 

15-il punt

Mandatorju
2.     Ingredjenti:

Ipprovdi lista tal-ingredjenti kollha li għandhom jintużaw għall-preparazzjoni tal-platti tal-ikel.

 

15-il punt Mandatorju
3.     Il-prodotti kollha użati għandhom jiġu prodotti lokalment. Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tikkonferma dan ir-rekwiżit. 10 punti Mandatorju
4.     Ipprovdi lista tal-prezzijiet tal-prodotti kollha li qed jiġu proposti li jidhru u jinbiegħu fil-festival. 15-il punt Mandatorju
5.     Ikkonferma li l-applikant prospettiv se jkollu ċertifikat validu tal-Food handlers jekk applikabbli 10 punti Mandatorju
6.     Il-parteċipant prospettiv għandu l-permessi u l-liċenzji kollha meħtieġa biex ibigħ/jinnegozja. Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tikkonferma dan ir-rekwiżit billi fiha jitniżżlu l-permessi/liċenzji rilevanti kollha li għandu. 10 punti Mandatorju
7.     Il-parteċipant prospettiv irid ikun disponibbli matul it-3 ijiem tal-festival. Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tikkonferma dan ir-rekwiżit.  

 

5 punti

 

 

Mandatorju
8.     Il-parteċipant prospettiv irid iżomm mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha. Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tikkonferma dan ir-rekwiżit. 5 punti Mandatorju
9.     . Ipprovdi ritratti u viżwali tal-platti tal-ikel/prodotti ppakkjati proposti. Massimu ta’ 15-il punt

(il-punti għandhom jiġu allokati abbażi tal-mertu artistiku)

Mandatorju

 

Marka biex tgħaddi:          60

Marka Totali:        100

 

  1. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

3.1 PRODOTTI U GABBANI

  • Prodott manifatturati lokalment biss għandhom jinbiegħu u jintużaw fil-preparazzjoni tal-platti tal-ikel;
  • Trid tattendi taħdita preparatorja fl-4 ta ’Ottubru 2023 fil-Valletta Design Cluster fil-Belt Valletta (il-ħin li se jiġi kkonfermat aktar ’il quddiem);
  • Trid tipparteċipa fid-dati kollha tal-Festival, speċifikament fil-5, fis-6 u fis-7 ta’ Ottubru 2023 bejn is-6:00PM u l-11:00pm;
  • Trid tipproduċi u tagħmel disponibbli d-dixx/ijiet kulinari u/jew ix-xorb miftiehma mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fid-dati kollha tal-Festival. Kwalunkwe tibdil fid-dixx/ijiet kulinari u/jew fix-xorb proposti, inkluż il-prezzijiet, jeħtieġ li jiġu approvati minn qabel mill-Aġenzija biex tiġi żgurata l-aderenza mal-kunċett tal-proġett;
  • Trid tipprovdi l-ingredjenti kollha meħtieġa biex tipprepara d-dixx/ijiet u/jew ix-xorb proposti u approvati mill-Aġenzija;
  • Trid tipprovdi t-tagħmir tiegħek biex tipprepara l-platti u/jew ix-xorb, sakemm l-użu tal-kċina fil-Valletta Design Cluster ma jkunx mitlub u approvat. Jekk l-applikanti magħżula jagħmlu użu mill-kċejjen u t-tagħmir tal-Valletta Design Cluster, huma jkunu jridu jaqblu li jkunu responsabbli għat-tagħmir disponibbli, li jirritornaw it-tagħmir kollu fl-aħħar ta’ kull sessjoni ta’ tisjir nadif u f ’kundizzjoni tajba, u li jirrapportaw kwalunkwe ħsara lit-tim tal-Valletta Design Cluster minnufih;
  • L-applikanti magħżula jridu jikkonformaw mal-Politika ta’ Sostenibbiltà tal-Avvenimenti;
  • L-applikanti magħżula għandhom iżommu d-dħul kollu ġġenerat mill-bejgħ. Ma għandu jintalab l-ebda kumpens finanzjarju mill-Aġenzija għall-forniment ta’ dan is-servizz.

 

  • Tariffi

Ma hija meħtieġa l-ebda tariffa biex tapplika

 

  • Armar u Żarmar
  • Se tiġi pprovduta skeda għall-armar u ż-żarmar għall-Valletta Local Food Festival lill-applikanti li jiġu magħżula flimkien mal-ftehim tal-kuntratt.
  • L-applikanti li jintgħażlu għandhom jipprovdu t-tagħmir tagħhom stess. F’każ li l-applikanti magħżula jkollhom bżonn jagħmlu użu mit-tagħmir tal-Valletta Design Cluster, jkunu jridu jaqblu li jkunu responsabbli għat-tagħmir li jkun disponibbli, li jirritornaw it-tagħmir kollu fl-aħħar ta’ kull ġurnata f ’kundizzjoni tajba, u li jirrapportaw kwalunkwe ħsara lit-tim tal-Valletta Design Cluster minnufih;
  • Il-provvista tal-elettriku se tiġi pprovduta mill-Aġenzija għall-operazzjoni.

 

  • PERMESSI U LIĊENZJI

 

  • L-operatur ekonomiku magħżul għandu jikkonforma mar-regolamenti lokali dwar is-Saħħa u s-Sigurta, ir-regolamenti u l-leġiżlazzjoni tal-industrija tal-catering Maltija, kwalunkwe liċenzja u permess meħtieġ biex ikun eliġibbli biex ibigħ/jinnegozja u d-Dipartiment tal-VAT. L-ikel u x-xorb kollu għall-bejgħ irid ikun konformi mar-regolamenti sanitarji lokali stabbiliti mill-awtoritajiet u l-applikant irid ikollu l-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa sabiex ibigħ il-prodott. Dawn il-permessi jistgħu jintalbu f ’kull żmien mill-Awtorità Kontraenti.
  • L-operatur ekonomiku magħżul għandu jkollu Ċertifikat validu tal-Food handlers jekk applikabbli.
  • L-applikanti magħżula li jbiegħu l-alkoħol irid ikollhom liċenzja għall-bejgħ tal-alkoħol u l-bejgħ kollu huwa responsabbiltà tal-applikant;
  • L-applikanti magħżula jrid ikollhom il-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa biex ibiegħu/jinnegozjaw mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. (Tali permessi għandhom jintalbu mill-Aġenzija mal-iffirmar tal-kuntratt;
  • L-ikel u x-xorb kollu għall-bejgħ għandu jkun konformi mar-regolamenti sanitarji lokali stabbiliti mill-awtoritajiet;
  • Dawk kollha li jservu/jimmaniġġjaw l-ikel u x-xorb għandhom jilbsu l-ilbies protettiv meħtieġ, l-ingwanti li jintremew wara l-użu u kwalunkwe forma oħra ta’ tagħmir iġjeniku protettiv;
  • L-oġġetti kollha għall-bejgħ għandhom ikunu konformi mar-regolamenti u l-leġiżlazzjoni lokali;
  • Jekk l-operatur(i) ekonomiku/ċi magħżul/a jinqabad/jinqabdu jikser/jiksru kwalunkwe regolament, hu/hija jista’/tista’ jintalab/tintalab mill-Awtorità Kontraenti u/jew awtoritajiet lokali kompetenti oħra biex jagħlaq/tagħlaq l-istallazzjoni u jwaqqaf/twaqqaf il-bejgħ b’effett immedjat. L-operatur(i) ekonomiku(ċi) mhu se jkun(u) intitolat(i) għal ebda kumpens u għandu/għandhom jkun/jkunu responsabbli li jħallas/jħallsu kwalunkwe multa mġarrba mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Kwalunkwe multi mġarrba jew proċedimenti tal-Qorti li jirriżultaw minn azzjonijiet bħal dawn għandhom jitħallsu kompletament minn/ikunu r-responsabbilta tal-operatur(i) ekonomiku(iċi) Barra minn hekk, kwalunkwe talba għal rimborż ma għandhiex tintlaqa’.
  • Il-Liġijiet Maltin kollha rilevanti għall-attività għandhom jiġu osservati fl-intier tagħhom mill-operatur/i ekonomiku/ċi magħżul/a;
  • L-Aġenzija ma tkun responsabbli għall-ebda azzjoni jew multa li tkun saret minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti lokali.