Cinema City huwa avveniment ta’ wiri ta’ films immexxi mill-komunità.
 
Il-wirjiet se jsiru fi Ġnien Laparelli bejn l-24 ta’ Mejju 2022 u t-28 ta’ Mejju 2022 mid-21:00 sal-23:00 bil-bibien miftuħa fit-20:30, iż-żewġ dati inklużi. L-udjenza mistennija għal kull jum hija ta’ massimu ta’ 370.
 
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden operaturi ekonomiċi prospettivi biex jissottomettu applikazzjoni biex jesprimu l-interess tagħhom li jipprovdu servizzi ta’ bar u snacks lill-udjenza fl-iljieli.
 
Għad-dokument sħiħ ta’ din l-Espressjoni ta’ Interes agħfas fuq il-buttuna Download Application Form t’hawn taħt.