**Kundizzjonijiet:**
 
**Il-Parteċipant**
 
1. Biex tieħu sehem, trid tibgħat formola ta’ applikazzjoni kompluta li tinkludi d-dettalji tal-parteċipanti u deskrizzjoni tal-inġenju tal-baħar sad-data tal-għeluq. Applikazzjonijiet mhu kompluti se jiġu skwalifikati immedjatament;
2. Il-parteċipanti ta’ Tellieqa Telliqun irid ikollhom tal-inqas 18-il sena;
3. Il-parteċipanti jistgħu jkunu individwi jew gruppi;
4. Kull parteċipant/membru tal-grupp abbord l-inġenju tal-baħar matul it-tellieqa għandu jissottometti dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li tiċċertifika li għandhom il-kapaċità fiżika meħtieġa; jistgħu jgħumu u huma responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom stess waqt il-bini tal-inġenju tal-baħar u t-tellieqa;
5. Il-parteċipanti kollha għandhom jilbsu ġakketta tas-salvataġġ kompletament funzjonali. Il- Valletta Cultural Agency mhux se tipprovdi l-ebda ġgieget tas-salvataġġ lill-parteċipanti;
6. Kull parteċipant individwali jew grupp li jibni inġenju tal-baħar u jieħu sehem fl-attivitajiet tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021 ikun intitolat għal għotja ta’ EUR 300 biex ikopri l-ispejjeż tal-materjali tal-bini;
7. Talbiet għal spejjeż ta’ tiswijiet jew kumpens għal ħsara fuq l-inġenju tal-baħar qabel, matul jew wara l-avveniment ma jiġux ikkunsidrati;
8. Il-parteċipanti jistgħu jfittxu sponsors biex ikopru kwalunkwe differenza bejn l-ispiża tal- materjal u l-għotja ta’ Eur 300 offruta mill-VCA u jistgħu juru b’mod diskret il-logos tal- isponsors fuq l-inġenji tagħhom matul it-tellieqa;
9. Il-parteċipanti għandhom jibqgħu fiżikament fuq l-inġenju tal-baħar matul it-tellieqa. L-użu tal-idejn u s-saqajn biex jimbuttaw l-inġenju tal-baħar huwa permess iżda t-torso għandu jkun fuq l-inġenju tal-baħar f’kull ħin matul it-tellieqa;
10. Il-parteċipanti għandhom ikunu ħadu d-dożi kollha tat-tilqim kontra l-Covid-19 (inkluż il-booster);
11. Kull grupp għandu jinnomina persuna waħda biex taġixxi bħala firmatarja u persuna ta’
kuntatt mal-Valletta Cultural Agency u bħala firmatarja ta’ ftehim mal-Aġenzija;
 
**L-Inġenju tal-baħar**
 
1. L-inġenji ma jistgħux ikunu akbar minn 4m x 4m;
2. L-użu ta’ magni u/jew imqadef huwa pprojbit;
3. L-użu ta’ bwieq tad-dgħajjes/jet skis (irrispettivament mit-tip jew materjal) huwa pprojbit;
4. Il-materjali magħżula biex jinbena l-inġenju tal-baħar ma jistgħux ikunu perikolużi għall-
bnedmin u/jew għall-ambjent;
5. L-inġenju tal-baħar mibni għandu jkun magħmul minn minimu ta’ 80% materjal riċiklat;
6. Kull inġenju tal-baħar għandu jkun mgħammar b’ganċ biex jiġi rmunkat;
7. L-inġenji għandhom ikun idea kompletament ġdida, l-użu ta’ inġenji li diġà ntużaw għal tiġrijiet preċedenti mhux se jkun permess;
7. L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li tispezzjona l-inġenju tal-baħar waqt il-kostruzzjoni u/jew qabel, matul jew wara t-tellieqa biex tiżgura li l-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti. Jekk inġenju tal-baħar jikser xi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, dan jiġi awtomatikament skwalifikat.
 
 
**C. Kundizzjonijiet speċjali**
 
Peress li din hija edizzjoni speċjali ddedikata għal avveniment importanti fl-istorja ta’ Malta, l-inġenju jrid ikun ispirat mit-tema tal-edizzjoni tal-2022 tal-Valletta Pageant of the Seas u b’mod partikolari mill-ħafna bastimenti tal-flotta Ingliża li jiffurmaw parti mill-konvojs li fornew lil Malta fil-perjodu tal-1940–1942.
 
a. Agħżel wieħed mill-ismijiet tal-vapuri li ġejjin bħala l-isem tal-bastiment tiegħek. Peress li isem jista’ jidher fuq bastiment wieħed biss, ġentilment indika l-ewwel 3 għażliet tiegħek fil-formola tal-applikazzjoni. L-ismijiet jiġu kkonfermati fuq bażi first come first served:
 
i. Defender (Class: Destroyer)
ii. Diamond (Class: Destroyer)
iii. Illustrious (Class: Carrier)
iv. Valiant (Class: Battleship)
v. Orion (Class: Cruiser)
vi. Fearless (Class: Destroyer)
vii. Mohawk (Class: Destroyer)
viii. Ark Royal (Class: Carrier)
ix. Despatch (Class: Cruiser)
x. Voyager (Class: Destroyer)
xi. Waterhen (Class: Destroyer)
xii. Orion (Class: Cruiser)
xiii. Fortuner (Class: Destroyer)
xiv. Fury (Class: Destroyer)
xv. Eagle (Class: Carrier)
xvi. Warspite (Class: Battleship)
xvii. Neptune (Class: Cruiser)
xviii. Vampire (Class: Destroyer)
xix. Hero (Class: Destroyer)
xx. Greyhound (Class: Destroyer)
 
b. Ladarba l-inġenju jinbena, kun żgur li l-isem ikun stampat b’mod ċar fuq sezzjoni viżibbli tal-bastiment tiegħek
 
**L-iskeda taż-żmien:**
 
Jannar 2022: Tnedija tal-proċess ta’ reġistrazzjoni għall-applikanti.
 
8 ta’ April 2022: Data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-baħar f’12:00 pm (nofsinhar).
 
28 ta’ Marzu 2022: Komunikazzjoni lill-ewwel 20 applikant biex jissottomettu r-reġistrazzjoni tagħhom.
6 ta’ Ġunju 2022: L-inġenju tal-baħar għandu jkun lest.
 
24 ta’ Ġunju 2022: L-inġenju tal-baħar għandu jinġieb fiż-żona magħżula f’Senglea u jintwera lill- pubbliku. Il-parteċipanti se jkunu mitluba jibqgħu mal-inġenju tal-baħar biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija li l-pubbliku jista’ jkollu għal mhux aktar minn sagħtejn. Il-viżitaturi jagħżlu l-inġenju tal- baħar favorit tagħhom għall-premju ‘People’s Choice Award’.
 
25 ta’ Ġunju 2022: Peġint u tellieqa bħala parti mill-Valletta Pageant of the Seas
 
 
**Premjijiet:**
 
L-Ewwel Premju: Eur 1,500 u Tarka
 
It-Tieni Premju: Eur 500 u Trofew It-Tielet Premju: Eur 300 u Trofew People’s Choice Award: Trofew
Il-parteċipanti kollha: Midalja
 
L-ewwel, it-tieni u t-tielet pożizzjoni jkunu mmarkati fi tmiem it-tellieqa b’peġint speċjali bl-użu ta’ duħħan/murtali ta’ kuluri differenti bil-kuluri assoċjati ma’ kull tim. Il-premjijiet imbagħad jingħataw privatament wara t-tellieqa.
 
 
**Kif tirreġistra:**
 
Ibgħat email bit-titolu “Tellieqa Telliqun” lil opencalls@vca.gov.mt u ssottometti l-formola
ta’ applikazzjoni tiegħek. Tista’ tniżżel il-formola tal-applikazzjoni minn www.vca.gov.mt.
 
**Data tal-għeluq għas-sottomissjoni: 8 ta’ April 2022 f’nofsinhar **