• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Workshop dwar il-mobbiltà sostenibbli

Il-Valletta Design Cluster se jospita workshop bit-tema ‘Sharing a Green Travel Plan Culture’, nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2022 bejn is-13:00 u l-16:30.

Photo Credits: Darren Agius

Il-Valletta Design Cluster se tospita workshop mingħajr ħlas f’isem il-EIT Urban Mobility RIS Hub, bit-tema ‘Sharing a Green Travel Plan Culture’. Il-workshop se jsir nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Novembru 2022 bejn is-13:00 u l-16:30.

Skont it-tema, dan il-workshop se jgħaddi informazzjoni u l-appoġġ meħtieġ lil entitajiet pubbliċi u privati li lesti jimxu lejn operazzjonijiet tal-mobbiltà li huma aktar sostenibbli. L-entitajiet li se jipparteċipaw se jiddiskutu temi varji dwar is-suġġett, bħal-loġistika, il-ħarsien tal-impjegati tagħhom u l-kollaborazzjoni li hemm bżonn mal-imsieħba fis-settur biex ikun hemm sistemi tajbin ta’ mobbiltà kollettiva.

Il-workshop se jinkludi diskussjoni roundtable dwar il-mobbiltà sostenibbli u l-implimentazzjoni ta’ green travel plan, fejn esperti fil-mobbiltà, rappreżentanti minn awtoritajiet lokali u koordinaturi tal-Green Travel Plan se jaqsmu ħsibijiethom. Isegwi hemm workshop li se jgħaddi informazzjoni prattika lill-parteċipanti dwar kif jistgħu jimplimentaw il-Green Travel Plan.

L-EIT Urban Mobility Malta RIS Hub hu mmexxi mill-EIT Urban Mobility, inizjattiva tal-Istitut għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Ewropa (EIT), entità tal-Unjoni Ewropea. L-EIT twaqqaf bħala parti mill-Iskema Reġjonali Innovattiva (RIS), li twassal l-informazzjoni  fil-komunitajiet. Il-hub ta’ Malta qed jitmexxa mill-Fondazzjoni Project Aegle, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST),  u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta permezz tal-Valletta Design Cluster.

Dan l-avveniment jirrifletti wkoll l-isforzi tal-pajjiż bil-għan li jitjiebu s-servizzi u l-infrastruttura tal-mobbiltà tal-persuni.
Min hu interessat jista’ jniżżel il-programm tal-workshop u jirreġistra biex jattendi billi jissieħeb bħala membru tal-Valletta Design Cluster hawnhekk. Ladarba tkun sottomessa l-formola tar-reġistrazzjoni inizjali, il-membri l-ġodda jirċievu dettalji dwar kif jistgħu jaċċessaw il-pjattaforma diġtali tal-membri tal-Valletta Design Cluster u anke l-applikazzjoni tal-workshop.

Dan il-filmat jipprovdi l-assistenza lil dawk li jixtiequ jsiru membri tal-Valletta Design Cluster. Aktar informazzjoni dwar il-modi differenti kif wieħed jista’ jissieħeb mal-Valletta Design Cluster tista’ tinkiseb minn hawnhekk.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valletta Design Cluster u avvenimenti oħra żur vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo