• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Il-VCA tniedi l-Programm Kulturali għall-ewwel nofs tal-2022

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħabbret il-Programm Kulturali tagħha minn Jannar sa Ġunju 2022. Il-Programm jinkludi produzzjonijiet ġodda u kollaborazzjonijiet, bl-involviment ta’ diversi artisti, li jimmarka l-essenza tan-nisġa kulturali, artistika u soċjali tal-Belt.

Il-programm fih kollaborazzjonijiet mal-kor Taljan prestiġjuż tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia, Teatru Malta, l-Orkestra Filarmonika Maltija, il-Kor Cappella Sancta Catherine, is-Servizzi Pubbliċi tax-Xandir, il-Malta Film Commission u diversi artisti individwali, entitajiet tal-Gvern u l-komunità tan-negozju.

It-toroq u l-pjazez tal-Belt Valletta se jkunu mżewqa bil-kuluri, il-ġonna se jieħdu ħajja ġdida u se jkun hemm ċelebrazzjoni fil-Port il-Kbir bħala parti mill-programm tal-Aġenzija.

L-ewwel nofs tas-sena 2022 se jkun qed jinkludi DRAGO – kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Teatru Malta ispirata mill-ħajja tal-plejer leġġendarju tal-isnooker u tal-pool li twieled u trabba fil-Belt Valletta, Tony Drago. F’April imbagħad se jkun hemm produzzjoni tar-Requiem ta’ Mozart’s – kapulavur li se jittella’ bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-kor ta’ 40 ruħ tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia, li ilu stabbilit sa mis-seklu 16 f’Ruma.

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa mbagħad se jkun hemm is-Seba’ Visti – prestazzjoni korali televiżiva mill-Cappella Sancta Catherinae li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali.

F’Mejju se jkun hemm il-Valletta Green Festival; weekend iddedikat sabiex titqajjem kuxjenza ambjentali fil-Belt, sabiex ikun hemm azzjoni kontra t-tniġġis u sabiex tkun promossa l-bijodiversità.

F’Ġunju se jkun hemm is-sensiela ta’ wirjiet ta’ films ikkurati mill-komunità bl-isem ta’ Cinema City fi Ġnien Laparelli. Fl-aħħar nett, se jkun hemm il-Valletta Pageant of the Seas li se jkun qed jagħti bidu għas-sajf filwaqt li jiċċelebra l-Port il-Kbir u r-rwol tiegħu fil-ħajja tar-residenti tal-Belt. L-ispettaklu ta’ din is-sena se jkun iddedikat għat-80 sena anniversarju mill-wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija.

L-attivitajiet ta’ Strada Stretta Concept se jkomplu fost oħrajn b’lejla letterarja ddedikata għax-xogħlijiet ta’ Oliver Friġġieri.

Il-Valletta Design Cluster ukoll se jkun qed ittella’ programmi varji fosthom l-EIT Urban Mobility Hub, il-konkors fotografiku internazzjonali Wiki Loves Folklore, il-Wikimedia CEE Spring, il-Valletta Design Cluster Membership Drive, id-Design Talk u l-Greenhouse Course.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera li nieda uffiċjalment dan il-programm, tenna li matul dawn ix-xhur, se naraw iseħħu quddiemna diversi attivitajiet kulturali b’taħlita ta’ arti viżiva, arti performattiva u ħafna aktar. Il-Ministru qal li kull element se jkun qed jgħin sabiex insaħħu aktar il-kultura li nafu kemm hija importanti u maħbuba mill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li hekk kif id-dinja qed tiffaċċja diversi sfidi, qodma u ġodda, bħalissa huwa kruċjali aktar minn qatt qabel li l-arti tingħata prijorità. Wara kollox, l-arti toffri għodda essenzjali – tfarraġ, tferraħ, tirrabja, tisfida, jew terġa’ tagħti ħajja ġdida lill-ħsieb tagħna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone qalet li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tinsab ħerqana sabiex terġa’ tibda ttella’ l-avvenimenti, kemm kbar kif ukoll żgħar, sabiex flimkien intaffu dak li esperjenzajna f’dawn l-aħħar snin. Il-Kap Eżekuttiv għalqet billi stiednet lil kulħadd sabiex jingħaqad mal-Aġenzija fuq dan il-vjaġġ ta’ riġenerazzjoni kulturali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (Chamber of SMEs) Abigail Mamo u d-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta Sean Buhagiar kienu preżenti wkoll u indirizzaw t-tnedija.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo