• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Il-VCA u Teatru Malta jippreżentaw Drago

L-istorja ta’ kif il-leġġenda tal-isnooker Tony Drago kiseb fama internazzjonali

Magħruf għal kemm taqbiżlu malajr u għall-aġilità tiegħu madwar il-mejda tal-isnooker, biż-żewġ karatteristiċi jsiru sinonimi miegħu daqs l-ilbies li kien jilbes waqt il-kompetizzjonijiet, Tony huwa leġġenda ħajja kemm fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonalil tal-isnooker.

F’Marzu, f’ko-produzzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Teatru Malta se jkun qed jipproduċi dramm b’attur wieħed ma’ ħadd ħlief Peter Galea, li se jieħu l-parti tal-istilla notorja tal-isnooker fid-dramm DRAGO – It-Tvenvin ta’ Tornado Tony, li se jittella’ fil-Klabb tal-Banda La Valette.

Ibbukkja fi grupp ta’ 4 u applika l-*promo code* VOTEDRAGO maċ-check-out fuq [showshappening.com](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/DRAGO) biex tikseb skont ta’ 50%.

Din il-prestazzjoni qed titella taħt id-direzzjoni ta’ Sean Buhagiar, b’kitba ta’ André Mangion, u direzzjoni awdjoviżiva ta’ Charlie Cauchi.

Ser toqgħod attent għall-iskor? Il-produzzjoni tiftaħ fil-11 ta’ Marzu u tibqa’ għaddejja sal-20 ta’ Marzu bi prestazzjoni kuljum fit-8pm, miftuħa biss għal udjenza limitata ġewwa il-Każin tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Għal aktar tagħrif dwar DRAGO “It-Tvenvin ta’ Tornado Tony” u biex tibbukkja l-biljetti għall-prezz ta’ €15/€20, jekk jogħġbok żur is-sit [showshappening.com](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/DRAGO)

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo