• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Mħabbra dettalji loġistiċi għall-Valletta Pageant of the Seas

Tħabbru d-dettalji loġistiċi marbuta mal-Valletta Pageant of the Seas li ser jittella’ nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju fil-Port il-Kbir.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef tenna li dan l-ispettaklu varjat iddedikat lit-80 anniversarju mill-wasla tal-konvoj, magħruf bħala ta’ Santa Marija fl-1942, jibda fit-8pm u jista’ jitgawda minn Ta’ Liesse, iż-żona fejn jidħol il-fast ferry u Xatt il-Barrieri kollu. Iż-żona ta’ Xatt il-Barrieri se tkun magħluqa għat-traffiku.

Il-port se jagħlaq fis-6pm sa tmiem l-ispettaklu allura min se jagħmel użu mil-laneċ tal-passiġġieri mill-Kottonera, għandu jaħseb kmieni biex ma jkunx ddiżappuntat.

Se jkun hemm servizz tal-linja wara li jispiċċa l-avveniment lejn diversi lokalitajiet fil-11:30pm u fil-11:50pm.

Is-serata tiftaħ b’Tellieqa Telliqun – kompetizzjoni divertenti fil-Port il-Kbir bejn sitt timijiet li se jtellqu l-inġenji tal-baħar li bnew huma stess, mingħajr l-użu ta’ imqadef, magni jew għajnuna oħra. Dawn il-bċejjeċ huma msemmija għall-vapuri tal-forzi navali Ingliżi li kienu preżenti fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-band Capone Bungt Bangt mill-Italja, ser tagħti prestazzjoni b’numru ta’ strumenti magħmula minn materjal riċiklat. Fost dawn insibu numru ta’ strumenti tal-perkussjoni, drum kit, u dawk magħrufa bħala basso da ponte, scopa elettrica u l-mazzimba.

The Palace String Orchestra, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Abela, ser tagħti kunċert ta’ mużika popolari b’arranġamenti mużikali ta’ Maestro Paul Abela. Il-mużika ser tiħodna lura fiż-żmien permezz ta’ siltiet minn kull deċenju mil-lum sal-erbgħinijiet. Is-snin 70 se jġibu magħhom ukoll regatta speċjali bil-lejl li kienet saret fl-1979 bil-parteċipazzjoni ta’ sitt klabbs minn madwar il-Port fuq dgħajjes tal-pass.

“It-Taqtigħa”, kitba ta’ Jean Pierre Magro b’direzzjoni ta’ Lee-N Abela, bis-sehem tal-Moveo Dance Company u numru ta’ atturi prominenti lokali, tfakkar il-Konvoj ta’ Santa Marija.

Ser ikun hemm ukoll projezzjonijiet fuq il-Forti Sant’Anġlu u fuq 6 sferi ta’ 6 metri ‘l waħda magħmulha minn 2,500 fjakkola. Spettaklu tal-logħob tan-nar tal-ajru ser jagħlaq is-serata.

Il-Valletta Pageant of the Seas għal darb’oħra qed jittella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, bl-appoġġ ta’ Visit Malta, il-Forzi Armati ta’ Malta, Tug Malta, l-Enemalta u Falzon Group.

Dan huwa avveniment bla ħlas.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valletta Pageant of the Seas u l-iskeda ta’ tal-linja żur [vca.gov.mt](https://www.vca.gov.mt/mt/news/travelling-to-the-valletta-pageant-of-the-seas) u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo