• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Funtani sinkronizzati mal-mużika jisirqu x-xena fil-Port il-Kbir

Funtani sinkronizzati mal-mużika drammatika fil-Port il-Kbir serqu l-ispettaklu nhar is-Sibt filgħaxija hekk kif ittella’ l-Valletta Pageant of the Seas 2024.

Funtani sinkronizzati mal-mużika drammatika fil-Port il-Kbir serqu l-ispettaklu nhar is-Sibt filgħaxija hekk kif ittella’ l-Valletta Pageant of the Seas 2024.

Taħt ir-raġġi tal-qamar kwinta fuq l-ilmijiet kalmi, dan l-avveniment immarka l-bidu ta’ sajf sabiħ Mediterranju. Folol inġabru f’Xatt il-Barrieri biex jaraw l-ispettaklu ta’ kull sentejn, li issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu minn meta beda waqt it-tħejjija għal Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura.

F’din l-edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas rajna l-akbar funtani tal-ilma li qatt dehru f’Malta, projezzjonijiet fuq is-swar tal-Forti Sant’Anġlu b’tema ambjentali, spettaklu ta’ logħob tan-nar sinkronizzat, u spettaklu ta’ dawl. Bit-tema “Save the Seas”, fl-isfond tat-theddida ambjentali fl-ibħra madwar id-dinja f’dak li għandu x’jaqsam l-aktar il-plastic u l-microplastic, l-ispettaklu żvolġa madwar narrattiva animata kkumplimentata minn mużika oriġinali, funtani tal-ilma u logħob tan-nar sinkronizzat.

L-avvenimenti bdew fid-9pm bi spettaklu li kien jinkludi dgħajjes tal-pass u dgħajjes tar-regatta malli waqa’ id-dlam. Dan kien segwit minn projezzjoni u narrattiva animata kkumplimentata mill-mużika oriġinali ta’ Cyprian Cassar.

L-ispettaklu kompla b’funtana tal-ilma mill-kumpanija internazzjonali Aquatique Show ispirata primarjament min-natura u l-ilma li jirriflettu l-kultura tal-gżira. Is-serata għalqet bi spettaklu ta’ logħob tan-nar liema bħalu.

Il-Valletta Pageant of the Seas ittella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valletta Pageant of the Seas u avvenimenti oħra, żur is-sit vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

 

 

A photo showign the photo animation on Fort St Angelo on the theme 'Save the Seas'
L-animazzjoni fuq il-Forti Sant’ Anġlu bit-tema ‘Save the Seas’
Dancing coloured fountains during the Valletta Pageant of the Seas 2024
Il-funatni ikkuluriti li taw spettaklu mill-aqwa waqt il-Valletta Pageant of the Seas 2024

 

A photo showing traditional boats participating in the Valletta Pageant of the Seas 2024
Id-dgħajjes tradizzjonali li pparteċipaw waqt il-Valletta Pageant of the Seas 2024

 

A photo showing the grand fireworks display at the closing of the Valletta Pageant of the Seas 2024
L-ispettaklu tal-logħob tan-nar grandjuż li għalaq il-Valletta Pageant of the Seas 2024

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo