• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Titnieda l-Iskema ta’ Sħubija tal-Valletta Design Cluster

Il-Valletta Design Cluster, spazju kreattiv u kulturali ġdid iddedikat għad-disinn fil-kapitali, mmexxi mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, għadu kemm nieda l-Iskema ta’ Sħubija.

Photo Credits: Justine Ellul

Dan l-ispazju hu maħsub biex ikun id-dar ta’ kull kreattiv u kull organizzazzjoni li jixtiequ jħallu impatt soċjali pożittiv fuq il-komunità. L-utenti jistgħu jaċċessaw għodod, tagħmir u spazji biex jitgħallmu, jaqsmu l-għarfien tagħhom, u jmexxu l-organizzazzjonijiet tagħhom ‘il quddiem. Kemm jekk studenti jew prattikanti stabbiliti, dawn il-faċilitajiet ġodda huma disponibbli biex jgħinu organizzazzjonijiet relatati mad-disinn biex jissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Il-faċilitajiet ewlenin għal prattikanti kulturali u kreattivi huma aċċessibbli permezz ta’ skema ta’ sħubija mmirata biex tipprovdi aċċessibbiltà ekwa għar-riżorsi, li tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà għall-utenti, u li tiżgura l-immaniġġjar effettiv tal-komunità tal-membri. L-iskema taħdem f’żewġ modi: (a) skema għall-membri regolari u (b) skema għal membri li se jkunu qed jużaw l-istudjows.

L-isħubija regolari hija miftuħa għal individwi u organizzazzjonijiet attivi fis-settur kulturali u kreattiv u attivitajiet relatati mad-disinn, u tipprovdi aċċess għall-faċilitajiet kondiviżi fil-bini, jiġifieri l-ispazju ta’ ko-ħidma, il-makerspace, il-kmamar tal-laqgħat, l-ispazju tal-ikel, u faċilitajiet relatati.
Il-membri bbażati fl-istudjows huma pprovduti bil-faċilitajiet kollha msemmija hawn fuq kif ukoll aċċess esklussiv għal wieħed mill-istudjows fil-Cluster.

Sħubija Regolari hija miftuħa għal NGOs ibbażati fil-Belt Valletta, mikrointrapriżi li jimpjegaw aktar minn individwu wieħed, u organizzazzjonijiet magħmula minn aktar minn individwu wieħed li jindirizzaw prattika tad-disinn, attività kulturali u benesseri soċjali u studenti, filwaqt li s-sħubija fl-istudjows hija miftuħa għall-ewwel tliet kategoriji msemmija.

Għad-dettalji sħaħ u biex tissieħeb żur [il-paġna tal-Valletta Design Cluster](https://www.vca.gov.mt/mt/valletta-design-cluster/our-facility)

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo