• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jum San Valentinu: The Busker live fil-Belt Valletta

The Busker, flimkien mal-front man il-ġdid tagħhom Dav. Jr, se jkunu qed jagħtu prestazzjoni live fi Pjazza Repubblika, taħt l-Arkati ħdejn il-Biblijoteka, fil-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar, fis-7pm.

The Busker, flimkien mal-front man il-ġdid tagħhom Dav. Jr, se jkunu qed jagħtu prestazzjoni live fi Pjazza Repubblika, taħt l-Arkati ħdejn il-Biblijoteka, fil-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar, fis-7pm.

Organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, din il-prestazzjoni ser tinkludi taħlita ta’ kanzunetti oriġinali u covers, magħżula b’mod speċjali għal Jum San Valentinu. Il-pubbliku għandu jistenna prestazzjoni rikka fl-enerġija, l-emozzjoni u l-passjoni.
Il-lista ta’ kanzunetti tinkludi siltiet ta’ The Beatles, Christina Perri, Leon Bridges, Stereophonics, U2, Robbie Williams u l-grupp Queen, fost l-oħrajn.
Dwar il-wirja tal-Ħadd, Dav. Jr qal, “Żgur li qed inħares ‘il quddiem biex nibdew il-wirjiet pubbliċi tagħna bħala l-verżjoni l-ġdida ta’ The Busker, u m’hemm xejn isbaħ milli ttella’ l-ewwel prestazzjoni fil-belt kapitali tagħna!”

Il-grupp huwa magħmul minn erba’ individwi differenti, li kollha għandhom l-istil ta’ mużika preferuta tagħhom, u dan huwa li jagħmel lil The Busker partikolari. Il-membri tal-grupp jinkorporaw l-ispirazzjonijiet ta’ xulxin fil-materjal oriġinali tagħhom u jadattaw l-interpretazzjoni skont l-ideat u l-kunċetti partikolari ma’ kull kanzunetta.

Jemmnu li dan huwa dak li jagħmel is-sbuħija tal-mużika – l-għaqda fid-diversità, fil-fatt toħloq prodott speċjali.

The Busker għaddew minn bidla maġġuri fl-aħħar ftit xhur. Biż-żieda ta’ Dav. Jr bħala l-frontman il-ġdid, li ġab miegħu snin ta’ esperjenza fix-xena mużikali lokali, il-grupp bħalissa qed jesperimenta b’varjanti differenti tal-pop waqt li jesperimenta bl-istili nu funk, synth pop, u għadd ta’ stili u influwenzi oħra.

Il-band The Busker hija magħmula mid-drummer Jean Paul Borg, is-sassofonista Sean Meachen u David Grech fuq il-kittarra l-baxxa, flimkien ma’ Dav. Jr fuq il-kitarra u l-vuċi.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn, madankollu biex tibbukkja post, ġentilment mitlub tibgħat email fuq info@vca.gov.mt. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni attwali, hemm numru limitat ta’ siġġijiet disponibbli.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo