• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Il-Valletta Pageant of the Seas 2022 – Spettaklu mill-aqwa

Ilbieraħ kienu bosta dawk li nġabru Xatt il-Barrieri fil-Belt Valletta sabiex isegwu mill-qrib l-ispettaklu tal-Valletta Pageant of the Seas għas-sena 2022. Dan l-ispettaklu varjat, kien iddedikat lit-80 sena anniversarju mill-wasla tal-konvoj magħruf bħala ta’ Santa Marija fl-1942.

Is-serata fetħet b’Tellieqa Telliqun, kompetizzjoni divertenti fil-Port il-Kbir bejn 6 timijiet li kkompetew kontra xulxin permezz ta’ inġenji tal-baħar li bnew huma stess. Ir-rebbieħa tat-Tellieqa Telliqun 2022 huma Ryan Farrugia u Elise Azzopardi. Fit-tieni post daħlu Daniel Debono u Miguel Gerada u fit-tielet post Wendy Ciantar u Jude Sciberras.

Wara l-band Capone Bungt Bangt mill-Italja tat prestazzjoni mill-aqwa b’numru ta’ strumenti magħmula minn materjal riċiklat u warajhom The Palace String Orchestra, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Abela, b’arranġamenti mużikali ta’ Maestro Paul Abela, ħadet lill-udjenza lura fiż-żmien permezz ta’ siltiet minn kull deċenju mil-lum sal-erbgħinijiet.

Is-snin 70 ġabu wkoll magħhom regatta speċjali bil-lejl li kienet saret għal ewwel darba fl-1979 bil-parteċipazzjoni ta’ 6 klabbs minn madwar il-Port fuq dgħajjes tal-pass. Ir-rebbieħa ta’ din ir-regatta huma l-Kalkara u fit-tieni u t-tielet post ikklassifikaw il-Marsa u Bormla rispettivament.

Is-serata mbagħad kompliet bi prestazzjoni teatrali bl-isem ta’ “It-Taqtigħa” b’kitba ta’ Jean Pierre Magro u b’direzzjoni ta’ Lee-N Abela. F’din il-prestazzjoni ħadu sehem il-Moveo Dance Company u numru ta’ atturi prominenti lokali. Il-qofol tas-serata mbagħad kienet proprju r-rappreżentazzjoni tad-dħul tal-Konvoj ta’ Santa Marija fil-Port il-Kbir.

Dan l-ispettaklu kien ukoll mogħni bi projezzjonijiet fuq il-Forti Sant’Anġlu, 6 sferi ta’ 6 metri ‘l waħda magħmula minn 2,500 fjakkola u għeluq maġiku b’logħob tan-nar tal-ajru.

Il-Valletta Pageant of the Seas għal darb’oħra ttella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Visit Malta, il-Forzi Armati ta’ Malta, Tug Malta, l-Enemalta u Falzon Group.

Dan l-ispettaklu se jkun qiegħed jixxandar fuq TVM nhar it-8 ta’ Lulju fid-20:50

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo