• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jinfetaħ il-Valletta Design Cluster fil-Belt Valletta

Spazju ġdid iddedikat lid-disinn u l-kreattività, fil-qalba tal-komunità

Il-Biċċerija l-Antika ġewwa l-Belt Valletta ingħatat ħajja ġdida, hekk kif issa ser isservi bħala l-Valletta Design Cluster, spazju kreattiv u kulturali ġdid iddedikat lid-disinn ġewwa l-Belt Valletta, taħt il-kappa tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Dan l-ispazju hu maħsub biex ikun id-dar ta’ kull kreattiv u kull organizzazzjoni li jixtiequ jħallu impatt soċjali pożittiv fuq il-komunità.
Il-bibien tal-Valletta Design Cluster infetħu uffiċjalment illum mill-Prim Ministru, l-On. Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali, l-On. José Herrera, is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej, l-On. Stefan Zrinzo Azzopardi, iċ-Ċerpersin tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, u l-Kap Eżekuttiv tal-istess Aġenzija, Catherine Tabone.

Il-Valletta Design Cluster joħloq opportunitajiet ġodda għall-persuni kreattivi fil-qasam tad-disinn, li ser ikunu jistgħu jiżviluppaw il-proġetti tagħhom u jilħqu livelli ġodda. Dawk kollha li ser ikunu qed jissieħbu mal-Cluster jistgħu jagħmlu użu mill-għodda, makkinarju, u l-ispazji ta’ ġo fih, biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jimxu ‘l quddiem. Dawn il-facilitajiet ser ikunu qed jgħinu studenti, professjonisti, organizzazzjonijiet fl-oqsma relatati mad-disinn, kif ukoll għaqdiet Beltin, biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Permezz ta’ dan il-proġett, mhux biss inħoloq kunċett ġdid għal Malta, iżda ġiet riġenerata żona oħra tal-Belt Valletta għall-komunità. Il-Biċċerija l-Antika filfatt, li kienet sfat mitluq għal iktar minn 50 sena, ġiet restawrata b’investiment ta’ 10.4 miljun Ewro, grazzi wkoll għal fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali.

F’aktar minn 3,212 metru kwadru, l-Valletta Design Cluster joffri ħmistax-il studjo; tagħmir u makkinarju għall-ħolqien ta’ diversi prototipi; laboratorji għal proġetti internazzjonali; sala tal-konferenzi; u kċina mgħammra professjonalment b’disa’ stazzjonijiet għat-taħriġ, fost l-oħrajn. F’din tal-aħħar, wieħed isib ukoll forn funzjonabbli, wieħed mit-tmint ifran oriġinali li kienu jservu lill-komunità tad-Diu Balli.
Il-Biċċerija l-Antika għalhekk illum isservi bħala pont bejn l-450 sena ta’ storja tal-Belt Valletta, u l-futur.

Permezz tal-Cluster, qed isir enfażi fuq l-intraprenditorija, proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-impatt soċjali, u disinn iffukat fuq l-utent, biex inkunu aktar innovattivi u nħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kuljum. Il-faċilità se tkun aċċessibbli għal kull min jixtieq jaqsam l-għarfien tiegħu ma’ komunitajiet, residenti u ħaddiema fiż-żona tal-Biċċerija l-Antika, disinjaturi u artisti, imprendituri u studenti.

Il-Cluster jindirizza lakuna identifikata fl-iStrateġija Kreattiva Ekonomika fil-qasam ta’ riżorsi maqsuma, u appoġġ bl-għan li jgħin kumpaniji u prattikanti kreattivi li jkun għadhom fil-bidu jew, li qed jiżviluppaw l-operat tagħhom.

Permezz tal-Valletta Design Cluster, il-belt kapitali ingħatat ġnien pubbliku mifrux fuq il-bejt kollu ta’ din il-binja. Dan il-ġnien, fuq disinn tal-kumpanija Ġappuniża Tetsuo Kondo Architects, hu l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu, u jinkludi kamra għall-laqgħat, żewġ spazji multi-funzjonali, postijiet fejn jistgħu jinġabru gruppi żgħar, u diversi siġar u arbuxxelli, li l-maġġoranza tagħhom huma endemiċi, fost l-oħrajn.

l-Valletta Design Cluster se jkun il-post fejn in-nies – u l-ideat – jiltaqgħu. Dan il-post huwa legat ta’ Valletta 2018, Kapitali Ewropea tal-Kultura, u jibni fuq il-wegħda li titnaqqas il-qasma bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, u tinbidel f’ċentru ta’ eċċellenza.

Il-ftuħ ta’ dan l-ispazju uniku għall-artisti u kreattivi f’Malta qed iseħħ fi żmien partikolarment iebes għas-settur u għas-soċjetà kollha, u juri biċ-ċar illi għall-Gvern, l-arti u l-kultura jibqgħu ta’ importanza kbira.

Il-Valletta Design Cluster issa miftuħ kuljum mit-8am sa 6pm.

L-iskema ta’ sħubija mal-Valletta Design Cluster issa hija miftuħa. Persuni, entitajiet, u organizzazzjonijiet interessati li jissieħbu jistgħu jidħlu fuq is-sit [vca.gov.mt/en/valletta-design-cluster/general-welcome](https://www.vca.gov.mt/en/valletta-design-cluster/general-welcome) għal aktar informazzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo