• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

The Secret Garden: Workshops ta’ Rakkuntar tal-Istejjer għal Tfal ta’ Bejn il-5 u l-10 Snin

Ingħaqad mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories għal serje ta’ workshops ta’ rakkunta tal-istejjer li se jsiru onlajn, biex tiskopri x’jiġri meta l-bibien ta’ ġnien maġiku jinfetħu beraħ.

Ibbażat fil-Belt Valletta, dan il-ġnien, ispirat mill-ġnien tal-kunvent ta’ Santa Katerina fi Triq ir-Repubblika, huwa antik u mimli sigrieti. Flimkien, se nesploraw il-pjanti u l-fjuri li jikbru hemm u se niskopru kif jgħixu n-naħal u n-nemel, il-brimb u l-qattusa tal-ġnien. Niltaqgħu wkoll ma’ mara misterjuża li għandha xagħarha magħmul mill-fjuri u ħwejjigha magħmula mill-ilma. Għalfejn tidher daqshekk inkwetata? Qed tersaq qrib tagħna. X’qed titlobna nagħmlu?
 
Ejja nidħlu fl-istorja biex insiru nafu!
 
Matul dan il-workshop ta’ 40 minuta (li se jsir fuq Zoom), Giuliana Fenech se tirrakkonta storja u se tiggwida lit-tfal permezz ta’ sett ta’ attivitajiet marbuta mar-rakkuntar tal-istejjer marbuta mal-ġonna u n-natura. Se jintbagħat ktejjeb li jista’ jiġi stampat lit-tfal, li jista’ jinżamm bħala memorja tal-esplorazzjoni tagħhom ta’ dan il-ġnien sigriet. Dawn il-workshops qed isiru bi preparazzjoni għal rappreżentazzjoni finali bħala parti minn dan il-proġett. Din ir-rappeżentazzjoni se ssir ġewwa l-ġnien tal-kunvent ta’ Santa Katerina fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bejn it-23 u l-25 ta’ Ottubru 2020.
 
Il-workshops se jsiru fid-dati u l-ħinijiet li ġejjin: 16 ta’ Lulju (10.30am), 17 ta’ Lulju (4pm), 18 ta’ Lulju (10.30am), 19 ta’ Lulju (4pm) u 21 ta’ Lulju (4pm). Biex tipparteċipa, irreġistra fuq https://programs.ligninstories.com/en-secret-garden sal-1 ta’ Lulju 2020.
 
The Secret Garden hija ko-produzzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valetta u Lignin Stories.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo