• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

The Secret Garden – Vjaġġ maġiku għat-tfal u l-familji tagħhom

The Secret Garden hija preżentazzjoni maħluqa għat-tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin u l-familji tagħhom. Din se tittella’ fi Ġnien Laparelli l-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju fis-7pm, is-Sibt 17 ta’ Lulju fis-7pm u fit-8:30pm u l-Ħadd 18 ta’ Lulju fis-7pm u fit-8:30pm.

Il-ġonna huma mimlijin sigrieti u stejjer. Fl-ogħla fergħat tal-itwal siġar hemm xi ħaġa tleqq u tiddi. Fil-fond f’bir magħmul minn ġebel skur hemm kreatura tiċċaqlaq ’l hawn u ’l hinn u tnewwaħ. Xi ġralu Muxu, il-qattus bla denb, u kif se jsolvi l-misteru tal-ilma li jisparixxi? F’dan il-ġnien kollox qed imut u Muxu jrid jaġixxi malajr.

Se jirnexxielu jsalva d-dar u l-ħbieb għeżież tiegħu?

Ingħaqad magħna f’din l-avventura fantastika u esperjenza l-eċitament li tara l-karattri mill-folklor Malti antik jieħdu l-ħajja u jiffaċċjaw waħda mill-ikbar sfidi ta’ ħajjithom.

Preżentazzjoni live fi Ġnien Laparelli diġà hija eċitanti biżżejjed, iżda biex inkomplu nikkuntentaw lit-tfal Muxu l-qattus se jagħti lill-familji edizzjoni limitata, ta’ ktieb magħmul bl-idejn li juri din id-dinja li dawn il-karattri fantastiċi jgħixu fiha.

Familji u t-tfal tagħhom li jixtiequ jattendu għal dan il-vjaġġ maġiku jistgħu jixtru l-biljetti minn [showshappening.com](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/the-secret-garden). Il-biljetti huma €4.50.

Dan l-avveniment huwa kooproduzzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories.

Dawk li għandhom iżjed minn 12-il sena jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqima fl-entratura filwaqt li t-tfal kollha bejn il-5 u l-11-il sena jridu jippreżentaw test negattiv għall-COVID-19. It-testijiet PCR iridu jittieħdu sa mhux iktar minn 72 siegħa qabel l-avveniment u r-Rapid Tests iridu jittieħdu sa mhux iktar minn 24 siegħa qabel l-avveniment.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo