• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Tirritorna l-Valletta Pageant of the Seas ġewwa l-Port il-Kbir

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Awwissu se tirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir. Dan l-avveniment, li issa sab postu fil-kalendarju biannwali tal-Port il-Kbir, din is-sena se jsir b’format kemmxejn differenti, hekk kif il-pubbliku huwa mistieden isegwih live fuq it-televiżjoni, minflok minn max-xatt tal-Belt Valletta. Dan sabiex jibqgħu jiġu mħarsa r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika dwar it-tbegħid soċjali.

Photo Credits: Jonathan Borg (Zigli)

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li “huwa ta’ pjaċir għalina li għal darb’oħra se jittella’ dan l-ispettaklu uniku ġewwa l-Port il-Kbir, avveniment li issa sar sinonimu fost l-attivitajiet sajfin ġewwa l-Belt Kapitali tagħna. Se nkunu qed nuru dan l-avveniment live fuq it-televiżjoni sabiex inkunu nistgħu nagħtu divertiment lill-pubbliku Malti u Għawdxi anke matul dawn iż-żminijiet mhux tas-soltu.”

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna li “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li wieħed mill-akbar proġetti ta’ Valletta 2018, il-Valletta Pageant of the Seas, anke din is-sena daħal fil-programm kulturali tal-VCA bħala parti mil-legat ta’ Valletta 2018. Il-Valletta Pageant of the Seas hija opportunità kbira għas-settur artistiku lokali u internazzjonali f’xenarju uniku tal-Port il-Kbir.”

L-attivitajiet se jibdew wara nofsinhar bit-Tellieqa Telliqun; kompetizzjoni divertenti fil-Port il-Kbir bejn numru ta’ timijiet li se jtellqu l-inġenji tal-baħar li jkunu bnew huma stess mingħajr l-użu ta’ moqdief, magni, jew għajnuna oħra. Bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-parteċipanti. Jekk int jew xi ħadd li taf interessat, nistednuk tniżżel l-applikazzjoni minn fuq is-sit tal-VCA, www.vca.gov.mt, jew tagħmel kuntatt magħna fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook. Is-sejħa tagħlaq fid-29 ta’ Ġunju 2020.

Is-serata se tissokta bi spettaklu fuq il-baħar minn xejn inqas minn 20 dgħajsa tal-pass u 40 dgħajsa tal-qlugħ, bl-isem ta’ Il-Mappa, li se jixxandar live fuq it-televiżjoni. Taħt id-direzzjoni artistika tad-direttur tal-ispettaklu, kuratur, għalliem u kittieb internazzjonali Chris Baldwin, il-qlugħ ta’ dawn id-dgħajjes se jinbidlu fi skrins li juru projezzjonijiet iddisinjati apposta għal din l-okkażjoni. Baldwin kien Direttur Kreattiv ta’ Galway, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura (l-Irlanda), kiteb u dderiġa żewġ xogħlijiet ewlenin bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Logħob Olimpiku ta’ Londra fl-2011 u l-2012, u kien Kuratur tal-Prestazzjoni Interdixxiplinari għal Wroclaw, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fi Polonja. Huwa ħadem ukoll fi Spanja, ir-Renju Unit, il-Polonja, il-Bulgarija u l-Ġermanja. Taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Andrew Alamango u b’viżwali ta’ Charlie Cauchi, dawn l-iskrins se juru immaġni akkumpanjati mill-vuċijiet u l-mużika ta’ diversi Beltin li se jirrakkuntaw l-istejjer tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, segwi l-paġna ta’ Facebook tal-Valletta Cultural Agency.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo