• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

‘Strada Stretta Occupy’ by Students

Bħala parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, The Strada Stretta Concept qed jikkollabora mad-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta u s-Società Dante Alighieri għal serje ta’ wirjiet f’żewġ partijiet intitolata ‘Strada Stretta Occupy’ by Students.

L-ewwel parti tal-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku mill-21 sat-28 ta’ Ġunju 2021 u t-tieni parti se tkun miftuħa mit-2 sat-22 ta’ Lulju 2021. L-ewwel wirja se ssir fi Splendid filwaqt li t-tieni wirja ser titella’ fi Splendid kif ukoll fis-Società Dante Alighieri. ‘Strada Stretta Occupy’ tifforma parti mill-programm The Strada Stretta Concept taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci.

Il-wirja ta’ Ġunju hija kollaborazzjoni bejn l-istudenti tal-Fine Arts tat-tieni u t-tielet sena mid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Din se tikkonsisti f’xogħlijiet li jiffukaw fuq diversi approċċi metodoloġiċi tal-pittura li tematikament jiċċentraw madwar id-Divina Commedia ta’ Dante biex ifakkru s-700 anniversarju mill-mewt ta’ Dante.

Il-wirja ta’ Lulju ta’ ‘Strada Stretta Occupy’ by Students se turi l-proġetti tat-teżi mill-istudenti tal-Fine Arts tal-aħħar sena mid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. L-istudenti kienu qed jirriċerkaw temi individwali li jimpenjaw ruħhom ma’ suġġetti ta’ rilevanza kontemporanja, bħal ma’ huma kwistjonijiet ambjentali kurrenti. Barra minn hekk, il-wirja se tkun ikkurata mill-istudenti nfushom, u tagħtihom l-opportunità li jippreżentaw ix-xogħol tagħhom lill-pubbliku u jimpenjaw ruħhom max-xena artistika lokali.

Id-dħul għaż-żewġ wirjiet huwa b’xejn. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni attwali, dawk kollha li jattendu għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali. Għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment u għal aġġornamenti jekk jogħġbok żur il-paġni ta’ [The Strada Stretta Concept](https://www.facebook.com/thestradastrettaconcept) u [tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo