• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jitnieda l-Valletta Local Food Festival 2024

Jirritorna l-Valletta Local Food Festival- vetrina dinamika tal-kċina u l-kultura lokali - mit-18 sal-20 ta’ Ottubru, fil-Valletta Design Cluster

  • Vjaġġ Kulinarju permezz tal-Ifjen Togħmiet ta’ Malta

Dan ix-xahar, il-Belt Valletta se terġa’ ssir il-qalba tax-xena kulinarja Maltija bir-ritorn tal-Valletta Local Food Festival.

Il-festival ta’ din is-sena jwiegħed vetrina dinamika tal-kċina u l-kultura lokali, fejn min iħobb l-ikel jista’ jduq togħmiet awtentiċi filwaqt li jesplora t-talenti kulinari ta’ koki u artiġjani lokali. Organizzat fl-isfond pittoresk tal-Valletta Design Cluster, il-festival se jittella’ nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Ottubru mis-6pm sal-11pm u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru bejn l-10am u l-5pm, u joffri atmosfera vibranti għal kulħadd.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal, “Il-Valletta Local Food Festival huwa xempju perfett ta’ kif it-tradizzjonijiet kulinari tagħna jgħaqqdu lin-nies u jikkontribwixxu għall-identità nazzjonali tagħna.”

“Bħala Gvern aħna nemmnu bis-sħiħ li dawn l-avvenimenti huma kruċjali biex inkomplu nippreservaw il-kultura u l-istorja tagħna permezz tat-togħmiet uniċi tal-gżira tagħna. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem f’din l-esperjenza li mhux biss turi t-talenti lokali f’dan is-settur imma tgħaqqadna bħala komunità,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

“Il-Valletta Local Food Festival jiċċelebra l-qofol tal-kultura Maltija permezz tat-tradizzjonijiet kulinari vibranti tagħha. Din hija opportunità għalina biex naqsmu t-togħmiet li jiddefinixxu l-wirt tagħna u nġibu n-nies flimkien f’ċelebrazzjoni ta’ dak li jagħmel lil Malta unika,” qal iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef.

“Il-Valletta Local Food Festival ta’ din is-sena joffri vjaġġ kulinari matul il-pajsaġġ gastronomiku Malti,” qal id-Direttur Artistiku tal-Valletta Local Food Festival, Charles Bone. “Nilqgħu lil kulħadd biex jesperjenza t-talent, il-kreattività u l-passjoni tal-koki tagħna hekk kif jippreżentaw menu divers li jiċċelebra l-ġżira tagħna u t-togħmiet eċċezzjonali tagħha.”

 

Il-Punti Ewlenin tal-Valletta Local Food Festival 2024 jinkludu:

Vetrina tal-Gastronomija Maltija:

Skopri l-platti uniċi li jiddefinixxu l-kċina Maltija, minn ravjul u torti lokali għal laħam taċ-ċanga mixwi u majjal, ħlewwiet tradizzjonali u aktar:

 

  • FILFLA CHILI CO: Prodotti bħall-ġammijiet magħmulin mill-felfel fosthom Xemxi, Filfli, Basli, and Buwġi.
  • Marie Patisserie Ltd: Ħelu tradizzjonali bħal krustini, biskuttini bil-ġamm tal-frawli u mqaret bil-ġelat antik.
  • Ta’ Żeppi Farm: Ġobon magħmul mill-ħalib tal-mogħoż u n-nagħaġ, ġbejniet u bigilla.
  • Matilde Pasta e Basta: Ravjul, timpana, ross il-forn, stuffat tal-fenek u pulpetti tal-lampuki.
  • Maxtar: Ftajjar bil-laħam u l-majjal il-forn, ftira Għawdxija u qassatat tat-tiġieġ.
  • Busy Bee: Ottijiet, krustini, biskuttini tar-raħal u pastini.
  • Bonaci: Bsaten ta’ San Ġużepp u ħelu ieħor.
  • Tal-Fokkli Winery: Soppa tal-Armla u qagħaq tal-għasel.
  • Elia: Torta tal-Lampuki, ġelat tradizzjonali u cocktails fil-Ġnien ta’ Fuq il-Bejt.

 

Il-kok Ronnie Caruana se jaħdem il-ħelu Malti u jaqsam l-għarfien dwar il-vjaġġ kulinari tiegħu. Il-viżitaturi jistgħu wkoll igawdu minn birer artiġjanali, inbid, ġobon, u żjut taż-żebbuġa. L-avveniment jinkludi mużika live, artiġjanat Malti, u workshop mill-MALTAccelerate bħala parti minn EIT Food għal kumpaniji ġodda dwar il-produzzjoni tal-ikel li ġej mill-biedja. Irreġistra llum biex tipparteċipa f’dan il-workshop interattiv fid-19 ta’ Ottubru.

Titlifx din l-opportunità biex idduq l-ifjen togħmiet tal-kċina Maltija.

Id-dħul huwa B’XEJN!

Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u appoġġjat minn Visit Malta. Għal aktar informazzjoni żur vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-VCA.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo