• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Serata televiżiva spettakolari f’lejliet l-Ewwel tas-Sena

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta żammet kumpanija lil eluf ta’ telespettaturi bi spettaklu lajv fuq it-tliet stazzjonijiet prinċipali TVM, Net, u One bejn l-10pm sas-1am.

L-ispettaklu ġie mxandar mill-Forti Sant’Iermu, filwaqt li s-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent 2020 Ember Trio taw prestazzjonijiet minn diversi postijiet ikoniċi fil-Belt Valletta fosthom il-kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Kavallier ta’ San Ġakbu u Pjazza Kastilja u l-Casino Maltese.

Is-serata ttellgħat bis-sehem ta’ The Palace String Orchestra li akkumpanjat uħud mill-aqwa artisti Maltin fosthom Amber, Aidan, Jasmine u Kevin Paul. Is-serata inkludiet ukoll lit-tim lokali magħruf Min Imissu? L-ispettaklu kien ippreżentat minn Ben Camille, flimkien ma’ Andreana DeBattista.

Wirja speċjali ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir u l-inħawi ttellgħat f’nofsillejl.

Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show ġie organizzat mill-G7 Events, bl-appoġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo