• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Seminar dwar il-Kapitali Ewropea għall-Kultura

Bħala parti mill-proċess ta’ diskussjoni dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031 f’Malta, ġie organizzat seminar fil-Valletta Design Cluster.

Wara sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess sabiex bliet f’Malta jkollhom it-titlu ta’ Kapitali Ewropej tal-Kultura fl-2031, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta rċeviet applikazzjonijiet mill-Birgu li jinsab fir-Reġjun Xlokk u mir-Rabat li jinsab fir-Reġjun t’Għawdex.

L-għan ta’ dan is-seminar kien li joffri lill-kandidati tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031 l-opportunità li jiddiskutu aspetti ewlenin tal-inizjattiva u l-proċess li se jwassal għall-kisba tat-titlu ma’ esperti fl-oqsma tagħhom minn Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-passat u tal-ġejjieni minn Matera fl-Italja, Plovdiv fil-Bulgarija, Kaunas fil-Litwanja u Nova Gorica fl-Islovenja.

Għal dan is-seminar attendew il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone, is-Sindki tal-Birgu u tar-Rabat Għawdex, il-Presidenti Reġjonali kkonċernati, rappreżentanti ta’ bliet li kellhom jew se jkollhom it-titlu ta’Kapitali Ewropea għall-Kultura u diversi membri distinti oħra.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li l-għan tal-Kapitali Ewropea għall-Kultura huwa li tenfasizza r-rikkezzi u d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa. Għalhekk għandha l-għan li tiċċelebra l-aspetti kulturali li l-Ewropej jaqsmu bejniethom u żżid ukoll sens ta’ appartenenza fost l-Ewropej f’żona kulturali komuni.

F’dan is-seminar ġiet diskussa wkoll l-esperjenza ta’ Valletta 2018. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef sostna li bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura,Valletta 2018 poġġiet lil Malta u lill-Belt Valletta fuq il-mappa. Barra minn hekk din tat spinta kbira lill-aspett turistiku u ġġenerat €678 miljun fl-ekonomija Maltija. Jason Micallef qal ukoll li l-legat ta’ Valletta 2018 għadu jinħass sal-lum u għandna nibqgħu kommessi sabiex insaħħu l-infrastruttura artistika u kulturali sabiex il-pajjiż jibqa’ destinazzjoni kulturali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone qalet li l-inizjattiva tal-KEtK tgħin sabiex jiġu rriġenerati l-ibliet, tgħolli l-profil internazzjonali tal-ibliet, ittejjeb l-immaġini tagħhom, tagħti nifs ġdid lill-kultura tal-ibliet u tagħti spinta lit-turiżmu.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo