• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Posposta – Dante: IL Folle Volo, Vie Smarrite, La Prima Radice – 6th-30th March 2021

**Dan l-avveniment huwa pospost minħabba r-restrizzjonijiet eżistenti biex nikkumbattu l-firxa tal-Covid 19. **

**Dan l-avveniment huwa pospost minħabba r-restrizzjonijiet eżistenti biex nikkumbattu l-firxa tal-Covid 19. **

Bħala parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għall-2021, The Strada Stretta Concept, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci se jikkollabora mas-Soċjetà Dante Alighieri u mad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti u l-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta għal esibizzjoni li tikkommemora s-700 mitt sena mill-mewt ta’ Dante Alighieri. Dan l-avveniment jifforma parti minn sensiela sħiħa ta’ inizjattivi internazzjonali ddedikati għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan iċ-ċentinarju. L-esibizzjoni se tkun miftuħa mis-6 sat-30 ta’ Marzu 2021 fil-bini ta’ Società Dante Alighieri fi Triq l-Ifran u The Splendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

L-artist stabbilit Anthony Catania, flimkien mal-artisti ġodda u emerġenti u studenti tal-arti Matthew Shirfield u Kylie Aquilina, se jkunu qed jesibixxu xogħlijiet li jindirizzaw id-Divina Commedia ta’ Dante. Kull artist se jiċċentralizza l-istudju tiegħu madwar Canto differenti, bl-artisti jesprimu l-impenn tagħhom mal-kitbiet ta’ Dante u l-interpretazzjonijiet viżwali tagħhom ta’ din il-biċċa letteratura ewlenija. Filwaqt li tiffoka fuq Canto 26 tal-Inferno ta’ Dante, Il Folle Volo ta’ Catania hija sensiela ta’ xogħlijiet viżivi li jesploraw ideat metaforiċi assoċjati mal-istil ta’ Ulisse, il-vjaġġ tar-ritorn. Dawn il-pitturi jippermettu l-ħsieb dwar l-interpretazzjoni ta’ Dante tal-eroj Omeriku, f’reflessività analitika viżiva u djalogu letterarju intertestwali.

Matthew Shirfield se jippreżenta lil Dante f’kuntest Malti li jżur it-Toroq Mitlufa (Vie Smarrite), fit-tfittxija għal identità Maltija awtentika. Huwa kien ispirat mill-vjaġġ ta’ Dante stess fil-Commedia biex ifittex purità li tikkontradixxi d-dekadenza kontemporanja ta’ żmienu. Permezz tax-xogħlijiet tiegħu, Shirfield se jipprova juri ftit aspetti mix-xogħol ta’ Dante, billi japproprja d-deskrizzjonijiet tal-poeta Medjevali għall-kultura u l-pajsaġġ Malti.

La Prima Radice ta’ Kylie Aquilina (Il-Għerq Ewlieni) hija sensiela ta’ xogħlijiet li jirrakkontaw l-istorja ta’ mħabba traġika ta’ Paolo u Francesca li tidher f’Canto 5 tal-Inferno ta’ Dante. Permezz ta’ studju bir-reqqa ta’ dan il-Canto u l-kitbiet privati tagħha stess, Kylie tirrappreżenta x-xewqa u l-imħabba billi tfittex l-għeruq tagħhom fl-istorja. Iż-żewġ termini huma interpretati minn Aquilina bħala żerriegħa li titħawwel, tiġi kkultivata, u ttrasformata fi frott, li jitħassar biż-żmien. Id-deterjorament u l-imħabba li tweġġa’ huma rrappreżentati minn projezzjoni tal-vidjow u sensiela ta’ triptiki bi djalogu kostanti mal-Commedia u s-subkonxju tagħha stess.

B’din l-esibizzjoni, The Strada Stretta qed jipparteċipa direttament fil-kommemorazzjoni internazzjonali ta’ dan l-anniversarju importanti. Id-dħul għall-wirja huwa b’xejn. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni attwali, il-viżitaturi kollha għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali. Aktar informazzjoni dwar l-avveniment u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja jistgħu jinstabu fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo