• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

Dan ħabbruh Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, il-Kap Eżekuttiv Catherine Tabone u ċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dott. Gavin Gulia.

Wara l-esperjenza tas-sena l-oħra l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkompli żżid l-ispettaklu tas-sena l-ġdida b’wirja kbira ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir. Dan se jsir appuntament annwali għal-lejlet l-Ewwel tas-Sena u jista’ jitgawda mill-inħawi kollha tal-Port il-Kbir.

Bħal kull sena l-ispettaklu ser jintwera live fuq l-istazzjonijiet kollha lokali mill-10.30pm ‘l quddiem.

Fost il-kantanti matul l-ispettaklu ser ikun hemm John Newman li huwa magħruf għal diversi kanzunetti popolari fosthom “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”. Apparti Newman, f’lejlet l-ewwel tas-sena se tieħu sehem The Palace String Orchestra fejn se jkun hemm prestazzjonijiet minn Aidan, Gaia, Jasmine, Klinsmann, Megan u Ozzylino, filwaqt li se jieħu sehem Debrii. L-avveniment se jkun ippreżentat minn Abel, JD u Martina.

Għalkemm id-dħul huwa bla ħlas, il-biljetti ser ikunu fuq bażi ta’ first come first served u għandhom jinġabru mill-uffiċċju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fi Triq ir-Repubblika, mill-Ħamis 9 ta’ Diċembru wara l-10 ta’ filgħodu. Kull persuna tista’ tiġbor sa massimu ta’ erba’ biljetti. Minħabba r-restrizzjonijiet preżenti biex nikkumbattu l-firxa tal-Covid 19, il-biljetti huma limitati.

Bħalissa qed isiru wkoll id-diskussjonijiet kollha neċessarji mal-Awtorità tat-Turiżmu u mal-Health Depository Unit bil-għan li jiġi żgurat li l-protokolli kollha meħtieġa jkunu qed jiġu segwiti.

Il-[Valletta National New Year’s Eve 2021 Celebrations](https://www.facebook.com/Valletta.NYE) huwa organizzat mill-G7 Events, bl-appoġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva imniedi mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali. L-avveniment qed jittella’ wkoll bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Żur il-[website](https://www.vca.gov.mt/mt) u l-[paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.