• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Milied speċjali fil-Belt Valletta

Dan il-Milied, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħejjiet programm speċjali għal matul ix-xahar ta’ Diċembru kollu.

Christmas in the Capital jinkludi d-dawl spettakolari tal-Milied fit-toroq ewlenin u fil-pjazez tal-Kapitali, is-Siġra tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, il-Presepju tradizzjonali ħdejn il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, installazzjonijiet artistiċi tradizzjonali tal-Milied u numru ta’ attivitajiet tul Diċembru kollu.

Christmas in the Capital jiftaħ uffiċjalment nhar it-Tlieta 25 ta’ Novembru fil-5.30 ta’ filgħaxija, b’ċerimonja speċjali li tinkludi kant ta’ innijiet tal-Milied permezz tal-Kor tat-tfal Centrestage bil-qofol jintlaħaq bil-mixegħla tad-dawl tal-Milied fit-toroq tal-kapitali. Imbagħad is-siġra tal-Milied li diġà tinsab f’postha se tkun mixgħula b’eluf ta’ bozoz kbar li se jagħtuha dehra maġika. Għalhekk, l-istedina tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sabiex kulħadd, b’mod speċjali l-familji bit-tfal, jingħaqdu magħna għal attivita’ speċjali nhar it-Tlieta li ġej fil-5:30 ta’ filgħaxija.

Sur is-sit web www.vca.gov.mt għal aktar tagħrif.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.