• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jirritorna Malta Fashion Week

Matul dawn il-ġranet, dawk li se jattendu se jkunu jistgħu jaraw x’għandha x’toffri l-industrija tal-moda u jkunu jistgħu jesploraw kollezzjonijiet ġodda, kemm minn disinjaturi lokali stabbiliti, kif ukoll minn dawk ġodda. Se jkun hemm ukoll mistiedna d-disinjatriċi famuża Ukrena Nadya Dzyak.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie mniedi dan l-avveniment, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega kemm il-kultura hi dinamika u taf toħloq diversi opportunitajiet li jkopru n-niċeċ kollha tal-ekonomija kreattiva. Huwa stqarr li dan l-avveniment isaħħaħ il-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna, filwaqt li sostna li, id f’id mas-settur privat, il-gvern huwa determinat li jagħti aktar pjattaformi għat-talent lokali. “Aħna se nkomplu naħdmu biex nattiraw u ntellgħu avvenimenti kulturali ta’ skala kbira f’pajjiżna”, temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li, “Dan huwa reklam tat-talent ħaj u vibranti li għandhom il-Maltin f’dan is-settur. Irridu napprezzaw li jeżistu niċeċ turistiċi proprju mmirati għalhekk. L-għan tagħna jibqa’ li permezz tal-kontribut mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nkunu ta’ sostenn biex il-prodott turistiku lokali jibqa’ jkun wieħed iddiversifikat u ta’ kwalità.”

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef sostna li avvenimenti ikoniċi bħal dawn ikomplu jpoġġu lill-Belt Valletta fuq il-mappa internazzjonali u juru dak kollu li l-belt kapitali għandha x’toffri bħala l-aqwa post għall-avvenimenti kulturali u artistiċi ta’ livell għoli.

L-avveniment se jiftaħ bid-disinjatur mill-Afrika t’Isfel Ferreira Couture, segwit mid-ditta l-ġdida lokali tal-ilbies tal-għawm Bajja. L-ewwel lejl imbagħad se jkun qed jintemm bi sfilata minn Parascandalo, li din is-sena hija t-tmien sena konsekuttiva li din id-ditta qed tieħu sehem f’Malta Fashion Week.

It-tieni jum imbagħad jiftaħ b’mistednin mis-Serbja bl-isem ta’ Morfium, segwiti minn Blakkript, disinjatur lokali li jirritorna għat-tieni sena f’Malta Fashion Week. Is-serata mbagħad tintemm permezz tal-artist u disinjatur James Dimech, li se jkun qiegħed jippreżenta lbiesi tal-moda magħmulin mill-karti.

Fit-tielet jum se tkun qed tieħu sehem id-ditta lokali Gagliardi, segwita minn Nadya Dzyak mill-Ukrajna. Is-serata u l-avveniment innifsu mbagħad se jkunu qed jagħlquh id-duo lokali Charles&Ron.

Malta Fashion Week 2022 huwa organizzat minn Adrian J Mizzi, bl-appoġġ ta’ Ftehim ta’ Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u bl-appoġġ ukoll tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.​

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.