• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Ma’ Nżul ix-Xemx – Esperjenza awdjoviżiva ta’ Malta u Beijing

Ma' Nżul ix-Xemx, esibizzjoni ispirata mill-memorja kollettiva tal-Belt Valletta u tal-belt ta' Beijing, bl-użu ta' tekonoloġiji diġitali, se tiftaħ fit-23 ta' Settembru 2021 bejn il-11 a.m. u l-10 p.m., fis-sotterran tal-Knisja ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta, b'dħul minn Triq Żekka. Dan ħabbru l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera flimkien maċ-Chairperson tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef.

Photo Credits: Darren Agius

Din l-esibizzjoni se tittrasporta lil kull min jattendi f’esperjenza awdjoviżiva li tagħtih perspettiva ġdida fuq dawn iż-żewġt ibliet. Dan għaliex, filwaqt li mal-ewwel daqqa t’għajn il-Belt Valletta u Beijing jidhru li huma totalment differenti minn xulxin, permezz ta’ din l-installazzjoni tal-arti niskopru li hemm diversi similaritajiet bejniethom. Imtella’ grazzi għall-kollaborazzjoni bejn I+A (Malta) u Signal Alpha (iċ-Ċina), Ma’ Nżul ix-Xemx tibqa miftuħa sat-2 ta’ Ottubru.

“Kollaborazzjoni interessanti ħafna bejn il-Valletta Cultural Agency u ċ-China Cultural Centre li tinvolvi wkoll is-settur privat. L-iskop ta’ din il-wirja hija li tgħaqqad il-memorja ta’ żewġt ibliet antiki ħafna, li huma l-Belt Valletta u Beijing. L-esperjenza ta’ din l-esibizzjoni hija innovattiva peress li tistieden lill-viżitaturi jesperjenzaw il-ħajja ta’ belt qadima, mhux biss viżwalment imma bis-sensi l-oħra tagħhom,” stqarr il-Ministru Herrera.

Iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li din l-esibizzjoni hija waħda minn ħafna proġetti kulturali li l-aġenzija qed torganizza sal-aħħar tas-sena. Matul il-pandemija, indunajna tassew kemm għandna bżonn l-arti u l-attivitajiet kulturali li huma partijiet intrinsiċi tal-ħajja ta’ kuljum tagħna u tal-espressjoni umana.

Permezz ta’ erba’ spazji distinti taħt il-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, se jiġu stabbiliti erba’ xogħlijiet tal-arti individwali li se joħolqu verżjonijiet dekostruttivi ta’ dawn iż-żewġt ibliet kapitali. B’hekk, dawn ix-xogħlijiet tal-arti se jkunu qed jigwidaw lil dawk li jżuru din il-wirja fi vjaġġ ta’ similaritajiet sensorjali bejn il-Belt Valletta u Beijing.

Dawn l-erba’ xogħlijiet tal-arti huma:

City Steps
Installazzjoni awdjoviżiva li timmira li tippreżenta sinjali awdjoviżivi distinti mill-Belt Valletta u Beijing.

Cityscape
Installazzjoni artistika li tibni fuq City Steps billi tieħu s-sinjali awdjoviżivi u toħloq esperjenza sensorjali li tgħaqqad lill-Belt Valletta u Beijing f’xenarju ta’ belt waħda.

Memory Chamber
Il-Memory Chamber se tgħaqqad lill-viżitaturi ma’ oġġetti inanimati li jirrappreżentaw lill-ibliet kapitali ta’ Malta u ċ-Ċina.

Sunset Field
Spazju kontemplattiv fejn żewġ inżul tax-xemx li jippreżentaw ix-xemx fil-Belt Valletta u nżul ix-xemx fil-belt ta’ Beijing se jirreaġixxu.

Din l-esibizzjoni se tkun qed issir fi sħubija maċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina. Ma’ Nżul ix-Xemx se tkun miftuħa kuljum mit-23 ta’ Settembru 2021 sat-2 ta’ Ottubru 2021, bejn il-11 a.m. u l-10 p.m.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo