• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot fi Strada Stretta

Bħala parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, The Strada Stretta Concept ser jikkollabora mal-kumpanija mit-Teatru Nazzjonali Franċiż Arcal Lyrique, għal produzzjoni tal-opra Le Pauvre Matelot.

Bħala parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, The Strada Stretta Concept ser jikkollabora mal-kumpanija mit-Teatru Nazzjonali Franċiż Arcal Lyrique, għal produzzjoni tal-opra Le Pauvre Matelot. L-avveniment, li jifforma parti mill-programm ta’ Strada Stretta, taħt id-Direzzjoni Artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se jsir fis-26 ta’ Frar 2021 fit-20:00 f’The Splendid, fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Permezz ta’ Arcal Lyrique, il-fundatur u direttur Christian Gangneron joħloq proġetti speċifikament iddisinjati għal spazji mhux tradizzjonali, u b’hekk jinteraġixxu mal-udjenza lil hinn mill-ostakli imposti mill-palk. Maħluq oriġinarjament minn Darius Milhaud (1892-1974) bil-librett miktub minn Jean Cocteau (1889-1963), l-opra tinkludi tliet atti u tiżvolġi f’sekwenza drammatika ta’ avvenimenti. Din ir-rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot minn Arcal Lyrique qed titella’ f’Malta għat-tieni darba , bl-ewwel rappreżentazzjoni saret f’Marzu 2009 bħala parti mill-BOV Opera Festival, li sar fil-foyer tat-Teatru Manoel. Din ir-rappreżentazzjoni mhix immirata biss għal dawk li jħobbu l-opra, peress li tieħu lil Strada Stretta bħala spazju mhux tradizzjonali, fejn ser titella’ verżjoni dinamika u kontemporanja ta’ din l-opra klassika.

Il-vuċijiet sbieħ ta’ Claudine Le Coz, Eric Trémolières, Jean-Baptiste Dumora u Jean-Marie Frémeau għandhom iqajmu lil Strada Stretta bil-wirjiet tagħhom fir-rwoli ewlenin ta’ din l-opra. Barra minn hekk, huma jkunu akkumpanjati mill-pjanista Stéphane Petitjean, li jdaħħalna tant fl-istorja ta’ Le Pauvre Matelot. Le Coz u Dumora ser jerġgħu jeżegwixxu r-rwoli tagħhom, wara l-parteċipazzjoni tagħhom fl-2009. Essenzjalment, l-opra hija dwar imħabba bejn mara u baħri, u b’hekk isservi bħala parallel kbir mal-karattru u l-istorja ta’ Strada Stretta bħala post ta’ divertiment għall-baħħara matul il-gwerra. Barra minn hekk, dan il-parallel huwa msebbaħ aktar bil-mużika, li kienet influwenzata mill-enerġija tat-toroq u l-postijiet ta’ divertiment tal-belt Mediterranja, Marsilja.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn, madankollu ġentilment mitlubin tibgħatu messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook The Strada Stretta Concept, jew tibgħat email lil info@vca.gov.mt, biex tirriserva postok. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, il-postijiet huma limitati ħafna, u dawk kollha li jattendu għandhom jilbsu maskra matul il-prestazzjoni. L-avveniment se jkollu wkoll live streaming. Aktar informazzjoni dwar l-avveniment tinsab fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo