• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tippreżenta r-Requiem ta’ Verdi f’Novembru

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bi pjaċir tħabbar produzzjoni tar-Requiem ta’ Giuseppe Verdi fit-23 ta’ Novembru fis-19:30pm f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. L-ewwel darba li ttella’ dan il-kapolavur mużikali kien 50 sena ilu, u llum ir-Requiem ta’ Verdi hija fost l-aktar xogħlijiet korali ta’ prestiġju fil-qasam tal-mużika klassika. Ir-Requiem inkitbet b’tifkira tal-poeta Taljan Alessandro Manzoni, u hija ċċelebrata għall-qawwa drammatika u l-profondità emozzjonali tagħha.

Din il-produzzjoni se tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Kor prestiġjuż tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia ta’ Ruma, magħmul minn 60 korist, li se jingħaqdu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u KorMalta, taħt id-direzzjoni tas-surmast ta’ fama internazzjonali Pier Giorgio Morandi.

Ir-Requiem ta’ Verdi se jkollha wkoll formazzjoni ta’ solisti eċċellenti li tinkludi s-sopran Anna Pirozzi, wiċċ familjari fl-aktar teatri tal-opra prestiġjużi tal-Ewropa, bħalma huma r-Royal Opera House ta’ Covent Garden, it-Teatro dell’Opera di Roma, l-Istaatsoper ta’ Vjenna, il-Paris Opera, u La Fenice f’Venezja, fost l-oħrajn. Pirozzi se tingħaqad mal-mezzosopran Maltija Marvic Monreal, li s-sena l-oħra ddebuttat fir-Royal Opera House u aktar reċentement kantat bħala solista fi prestazzjoni tal-iStabat Mater ta’ Dvorak mal-Berlin Philharmonic, u t-tenur stabbilit Malti Alan Sciberras, li fl-aħħar snin kanta rwoli fi produzzjonijiet operistiċi fl-Italja u fil-gżejjer Maltin, kif ukoll fl-iStabat Mater ta’ Rossini mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Ir-rwol tal-baxx se jitkanta mill-baxx-baritonu Żvediż John Lundgren, magħruf internazzjonalment għall-vuċi drammatika tiegħu sinonima mar-rwoli operistiċi ta’ Scarpia fit-Tosca ta’ Puccini, Pizzaro fil-Fidelio ta’ Beethoven, u diversi rwoli fir-Ring Cycle ta’ Wagner.

Dan l-avveniment jippreżenta opportunità unika għal dawk li jħobbu l-mużika biex jesperjenzaw ir-Requiem ta’ Verdi interpretata minn uħud mill-aqwa artisti fid-dinja.

Il-biljetti għal dan l-avveniment mużikali notevoli issa huma disponibbli fuq: https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/VERDI-REQUIEM

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.