• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

A Dream is a Wish – Kunċert Live

It-Teatru Manoel jippreżenta A Dream is a Wish, il-Kunċert Annwali tal-Għid ta’ TOI TOI li jassigura lejl ta’ divertiment indimentikabbli għall-familja kollha permezz ta’ mużika live.

Ingħaqad Magħna għal Żewġ Prestazzjonijiet Esklussivi fil-Ġranet tal-Għid

 

It-Teatru Manoel jippreżenta A Dream is a Wish, il-Kunċert Annwali tal-Għid ta’ TOI TOI li jassigura lejl ta’ divertiment indimentikabbli għall-familja kollha permezz ta’ mużika live.

Li jkollok l-opportunità li tisma’ l-mużika favorita tiegħek live, hija diġà esperjenza maġika, aħseb u ara jekk tesperjenzaha mdawwar bil-familja tiegħek kemm issir iktar speċjali!

Fil-weekend tal-Għid, TOI TOI, li huwa l-programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, jistieden lil dawk kollha li jħobbu l-mużika u l-films ta’ kull età għal-lejl ta’ mużika live mdaqqa mill-Palace String Orchestra, fit-Teatru b’siltiet mill-iktar films favoriti mal-familji.

A Dream is A Wish se tieħu l-udjenza fuq vjaġġ matul iż-żmien u ssegwi l-iżvilupp fil-mużika miktuba għaċ-ċinema u għat-televixin. Dan l-ispettaklu jibda b’silta jew tnejn mill-klassiċi animati. Għandek kemm għandek żmien, din il-produzzjoni se tinżillek għasel b’mużika minn Alan Menken, Pasek & Paul, Phil Collins, Lin Manuel Miranda u ħafna iktar.

Għalkemm jaf tkun impossibbli li jindaqqu d-diski kollha ta’ dan il-ġeneru f’serata waħda, il-manager tal-programm ta’ TOI TOI, Kate Fenech Field tgħid li, “il-vjaġġ mal-mużika magħżul kronoloġikament, jagħti lill-udjenza dehra ċara ta’ kif żviluppa dan il-ġeneru u wasal għal dik il-mużika li nieħdu gost biha llum il-ġurnata.”

Dan il-kunċert annwali ta’ TOI TOI beda fl-2015 f’kollaborazzjoni bejn Teatru Manoel u l-leġġendi lokali Big Band Brothers, bil-għan li jtellgħu serata ta’ mużika ta’ kwalità għolja għal udjenzi minn erba’ snin ’il fuq. L-edizzjoni ta’ din is-sena, A Dream is A Wish, hija waħda mill-avvenimenti bħala parti mill-programm tal-MaltaBiennale.art 2024, f’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u bl-appoġġ tal-Bank of Valletta.

Fenech Field tispjega, “Il-Kunċert Annwali tal-Għid ta’ TOI TOI joffri spazju fil-kalendarju għall-familja kollha biex kulħadd jingħaqad f’esperjenza li tgħaqqad kemm il-kbar u anke ż-żgħar biex jitpaxxew b’mużika mill-isbaħ fit-Teatru Nazzjonali tagħna.”

Din is-sena, il-mużika hija f’idejn The Palace String Orchestra taħt it-tmexxija tas-surmast żagħżugħ u dinamiku Ryan Paul Abela u l-Maniġer Artistiku u Amministrattiv Stefania Grech Vella, flimkien mad-direzzjoni u arranġamenti vokali minn Kate Fenech Field, u prestazzjonijiet minn Tezara Saliba, Francesco Nicodeme, Michaela Agius, Clara Sciberras, Noel Zarb, Paolo Micallef, Bettina Zammit u xi sorpriżi b’mistednin speċjali ħafna, ħafna, ma jonqsux.

Sa mill-2021, kien hemm tliet spettakli fuq il-palk ewlieni nhar Ħadd il-Għid, l-edizzjonijiet passati trattaw l-iżviluppi fil-ġeneri tal-big band, pop u teatru mużikali. Din is-sena, TOI TOI, se jżid rappreżentazzjoni oħra f’Sibt il-Għid, biex bis-saħħa t’hekk, iktar familji jkunu jistgħu jgawdu l-ispettaklu ta’ A Dream is A Wish!

“Hija introduzzjoni mill-aqwa għall-istrumenti tal-orkestra, xi ħaġa li nittamaw li tħeġġeġ in-nies jitgħallmu dawn l-istrumenti huma wkoll. Il-programm tagħna jinkoraġġixxi l-udjenzi biex jipparteċipaw f’mumenti speċjali matul l-ispettakli u nitpaxxew naraw lil udjenzi ta’ kull età jkantaw il-kanzunetti favoriti tagħhom. Il-programm kollu jirrakkomanda l-kant bħala benefiċċji għas-saħħa fiżika u mentali,” kompliet Fenech Field.

Mill-istess tim li pproduċa The Sound of Musicals u Hakuna Matata jinbet spettaklu divertenti ieħor b’uħud mill-aqwa talent f’Malta. Il-programm tat-Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel jilqa’ miegħu lill-Palace String Orchestra għad-debutt fit-teatru nazzjonali. A Dream is A Wish hija miżgħuda b’kanzunetti li faċli jkanta magħhom kulħadd, fejn l-udjenza se tivvjaġġa minn kastelli għal fjords, minn gżejjer għall-ġungli u qabża ta’ malajr f’fabbrika taċ-ċikkulata!

L-ispettakli se jittellgħu s-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta’ Marzu fis-6pm, bil-biljetti li jvarjaw minn €12 sa €20. Madankollu, bħala parti mill-iskema Theatre for Everyone, il-pubbliku jista’ jibbenefika minn 20% skont permezz tal-offerta bikrija tat-Teatru Manoel, sas-17 ta’ Marzu. Għal iktar informazzjoni u biex tixtri l-biljetti, żur teatrumanoel.mt jew ċempel fuq (+356) 21246389.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo