• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jitħabbar il-Programm ta’ Attivitajiet għal-Żmien il-Milied fil-Belt Valletta għall-2025

Investiment ta’ €650,000 joħloq ambjent maġiku fil-Belt Valletta dan il-Milied

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tistieden lil kulħadd jiċċelebra l-Milied fil-Belt Kapitali fl-2025 mill-25 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru.

Il-programm ta’ din is-sena jinkludi l-purċissjoni tradizzjonali tant maħbuba bil-Bambin Ġesù madwar it-toroq tal-Belt Valletta akkumpanjata minn kor live, kunċerti live mill-kantanti lokali Klinsmann, Kevin Paul, The New Victorians u Riona, briju madwar it-toroq tal-Belt minn Tikka Banda, attivitajiet interattivi għat-tfal, kunċert korali mill-Kor prestiġjuż Cappella Musicale Caeciliana fl-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, u ċ-ċelebrazzjonijiet massivi annwali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena, li jagħmlu l-Belt Valletta l-qalba taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied f’ Malta.

Dawn l-avvenimenti, li se jibqgħu għaddejjin matul ix-xahar kollu ta’ Diċembru, se jsiru fi sfond ta’ dwal u dekorazzjonijiet ikkuluriti madwar il-Belt. Din is-sena, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għamlet ukoll investiment f’dekorazzjonijiet ġodda għall-istaġun tal-Milied, inkluż siġra tal-Milied ġdida ddisinjata mill-artist ta’ fama lokali u internazzjonali Henry Galea. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena se jikbru wkoll, bil-parteċipazzjoni tal-istilla internazzjonali John Newman u b’wirja ta’ logħob tan-nar sorprendenti fil-Port il-Kbir grazzi għal kollaborazzjoni ma’ Visit Malta.

Il-Milied fil-Belt Kapitali jibda uffiċjalment fil-25 ta’ Novembru fis-18:00, hekk kif id-dwal tal-Milied jinxtegħlu għall-ewwel darba mill-personalitajiet lokali Jamie u Taryn. Is-siġra tal-Milied il-ġdida se tiġi żvelata wkoll dakinhar, flimkien ma’ prestazzjoni mill-kor Centrestage fi Pjazza Ħelsien.

“Il-Milied fil-Belt Valletta huwa żmien speċjali fejn il-kultura, it-tradizzjoni u l-ferħ jingħaqdu f’esperjenza waħda unika,” qal il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici. “Permezz ta’ Christmas in the Capital 2025, qed inkomplu nsaħħu l-identità kulturali tagħna u noħolqu spazji fejn in-nies jistgħu jgawdu flimkien, jirriflettu u jiċċelebraw l-ispirtu tal-Milied. Dan l-investiment juri l-impenn kontinwu tal-Gvern biex il-Belt Valletta tibqa’ qalb ħajja ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali li jġibu l-ferħ lill-familji Maltin u lil dawk kollha li jżuru pajjiżna f’dan l-istaġun.”

“Il-Belt Valletta tieħu l-ħajja bid-dawl, il-mużika, u l-ispirtu ta’ komunità fil-Milied,” qal Jason Micallef, iċ-Chairmain tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. “Din is-sena, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta investiet €650,000 fl-attivitajiet tal-Milied fil-Belt Valletta, li jinkludu l-organizzazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali tal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena, biex tiżgura li l-Belt Valletta tħalli l-marka tagħha bħala l-qalba ta’ Malta matul dan l-istaġun. Permezz ta’ dan il-programm, mhux biss qed niċċelebraw it-tradizzjoni iżda wkoll noħolqu memorji ġodda li jgħaqqdu lin-nies flimkien fil-Belt tagħna.”

Il-Purċissjoni ta’ Ġesù Bambin tirritorna fit-18 ta’ Diċembru, u tibda mill-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja fi Pjazza Kastilja fis-6:00 pm. Dan l-avveniment sagru, bil-parteċipazzjoni ta’ kor live, jiġbor familji u komunitajiet flimkien f’purċissjoni mdawwla bix-xemgħat li tiċċelebra t-twelid ta’ Ġesù Bambin.

Fit-23 ta’ Diċembru, il-Kor Cappella Musicale Caeciliana se jkun qed jagħmel prestazzjoni fl-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti fi Triq l-Arċisqof, fejn se joffri serata ta’ mużika sagra u mument ta’ serenità u riflessjoni bejn is-6:00 pm u t-8:00pm.

Christmas in the Capital 2025 joffri wkoll varjetà ta’ attivitajiet għal kull età. It-tfal jistgħu jiltaqgħu mal-elves ta’ Santa Klaws u jibagħtu wkoll ittri lil Santa Klaws fi Pjazza San Ġorġ u madwar il-Belt Valletta, kif ukoll jattendu attività ta’ Gootopia fil-Valletta Design Cluster fejn jistgħu jieħdu pjaċir bis-slime.

Żur il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta biex tara l-programm sħiħ ta’ attivitajiet u timmarka l-kalendarju tiegħek!

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.