• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jinxtegħel id-Dawl tal-Milied fil-Belt Valletta u s-Siġra tal-Milied

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien maċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, l-artist Henry Galea u t-tim tiegħu, u l-preżentaturi ta’ Bay Radio Jamie u Taryn, nedew uffiċjalment il-programm tal-Milied ta’ din is-sena fil-Belt Kapitali waqt ċerimonja li matulha inxtegħelu d-dwal fit-toroq ewlenin tal-Belt u s-siġra ikonika tal-Milied.

L-attività speċjali tat-Tlieta filgħaxija fi Pjazza Ħelsien, il-Belt Valletta, immarkat il-bidu tal-programm ta’ avvenimenti matul xahar sħiħ Christmas in the Capital.

Is-siġra tal-Milied ta’ din is-sena hija xhieda tal-kreattività, x-xogħol tas-sengħa u xhur ta’ xogħol b’dedikazzjoni kbira. Hija għolja 15.6 metri, b’dijametru ta’ 6.5 metri, u b’ċirkonferenza impressjonanti ta’ 20 metru, li tagħmilha waħda mill-aktar dekorazzjonijiet festivi fil-Belt Valletta.

Hija mżejna b’2,000 metru ta’ dwal  li jleqq.

Aktar minn 1,500 fergħa individwali ġew imżejna bl-idejn waħda waħda b’total ta’ 7,000 ornament u aktar minn 200 metru ta’ drapp li jżejnu l-friegħi tagħha.

Is-siġra tinkludi total ta’ 63 ornament miżbugħ bl-idejn, kull wieħed magħmul mill-artiġjani Maltin għall-installazzjoni ta’ din is-sena.

Bħalha simbolu tat-tradizzjoni lokali, 60 salib oriġinali Malti jinsabu fost id-dekorazzjonijiet.

Din is-sena wkoll it-toroq u l-pjazez ewlenin tal-Kapitali żżejnu b’installazzjonijiet artistiċi tal-Milied interattivi li se jkomplu mal-atmosfera maġika fil-Kapitali.

Wara din is-Siġra tal-Milied ikonika hemm xogħol ta’ mħabba: sitt xhur ta’ ppjanar kostanti, disinn, u xogħol bla heda minn timijiet dedikati.

A  photo showing a detail of the Valletta national Christmas Tree with a Maltese Cross ornament with the text Merry Christmas
A close-up photo of the Valletta Christmas Tree in Freedom Square
A photo showing one of the nutcrackers decorating Valletta's Christmas Tree in Great Siege Square

Il-programm Christmas in the Capital jinkludi l-purċissjoni tradizzjonali tant maħbuba bil-Bambin Ġesù madwar it-toroq tal-Belt Valletta akkumpanjata minn kor live, kunċerti live mill-kantanti lokali Klinsmann, Kevin Paul, The New Victorians u Riona, briju madwar it-toroq tal-Belt minn Tikka Banda, attivitajiet interattivi għat-tfal, kunċert korali mill-Kor prestiġjuż Cappella Musicale Caeciliana fl-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, u ċ-ċelebrazzjonijiet massivi annwali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena, li jagħmlu l-Belt Valletta l-qalba taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied f’ Malta.

Żur il-paġna tal-attivitajiet tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna ta’ Facebook biex tara l-programm sħiħ ta’ attivitajiet u timmarka l-kalendarju tiegħek!

Ritratti: Vince Piscopo, Walter Barbara

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.