• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Ejjew Iċċelebraw il-Milied fil-Belt Valletta

Jingħata bidu għal Christmas in the Capital fil-Belt Valletta

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, taw bidu għall-programm Christmas in the Capital bil-mixgħela tad-dwal tal-Milied tul Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti.

Saret ukoll l-inawgurazzjoni tas-siġra tal-Milied armata quddiem il-Parlament, u ta’ presepju fi Pjazza San Ġwann. Wara mbagħad tnieda filmat mużikali b’kanzunetta oriġinali tal-Milied u saret prestazzjoni qasira minn The Travellers, Michela, Ira Losco u Gianluca Bezzina.

Christmas in the Capital huwa miżgħud b’avvenimenti mill-isbaħ għall-familja kollha li bdew illum is-Sibt, 25 ta’ Novembru, u se jibqgħu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru.

Dawn l-attivitajiet jinkludu purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin, workshops għat-tfal fil-Valletta Design Cluster, prestazzjonijiet taż-żfin minn Dancel Dance Studio, stilt walkers, korijiet u kunċerti mużikali minn numru ta’ gruppi u kantanti popolari li jinkludu Centrestage Children’s Choir, Sean u Veronique, RIONA, Opening Doors, EnKor, Malta School of Music, KorMalta, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, u oħrajn.

Żur is-sezzjoni tal-Attivitajiet u l-paġna ta’ Facebook  tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo