• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

It’s All Paperwork – esibizzjoni ta’ Antoine Farrugia

Din l-esibizzjoni, li se tkun taħt il-patroċinju tal-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-29 ta’ Novembru sal-11 ta’ Diċembru, mid-9:00am sal-5:00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9:00am sa 12:00pm fil-weekends u l-festi pubbliċi.

Photo Credits: Miguela Xuereb

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ser ittella’ esibizzjoni bl-isem ta’ It’s All Paperwork ta’ l-iskultur Antoine Farrugia fil-bini tal-Parlament ta’ Malta.

Din l-esibizzjoni, li se tkun taħt il-patroċinju tal-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-29 ta’ Novembru sal-11 ta’ Diċembru, mid-9:00am sal-5:00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9:00am sa 12:00pm fil-weekends u l-festi pubbliċi.

Għalkemm l-isem jagħmel referenza għall-karti, f’din l-esibizzjoni wieħed mhux se jkun qiegħed jara xogħol magħmul bil-karti iżda skulturi fuq ġebla tal-franka li tant huwa maħdum b’reqqa u bi preċiżjoni li mal-ewwel daqqa t’għajn jagħti l-impressjoni li x-xogħol huwa magħmul bil-karti. Għalhekk, it-terminu ‘trompe l’oeil’ li normalment jintuża biex jiddeskrivi opri ta’ l-arti li tant huma realistiċi li kapaċi li jqarrqu b’dak li jkun, huwa adattat għal din l-esibizzjoni.

Farrugia beda r-riċerka u x-xogħlijiet tiegħu fuq din it-tema madwar ħames snin ilu, u issa jinsab sodisfatt li se jesibixxi x-xogħol artistiku oriġinali tiegħu wara tant ħidma, f’din l-esibizzjoni prestiġjuża.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Onor. Owen Bonnici qal: “Dawn l-attivitajiet isaħħu l-aspetti artistiċi u kulturali billi jenfasizzaw il-ġebla tal-franka tagħna bħala riżors importanti ħafna kif ukoll juru l-użu innovattiv ta’ dan il-materjal naturali f’avvenimenti kulturali bħal dawn.”

“Se nkomplu ninvestu fil-kultura tagħna sabiex nappoġġjaw is-setturi kreattivi u kulturali. Permezz ta’ sforzi bħal dawn, inkomplu nwettqu l-missjoni tagħna li nesponu aktar l-industriji kulturali u kreattivi lokali tagħna,” qal Dr Bonnici.

L-Onor. Robert Cutajar M.P., Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni u Kelliem għas-Self-Employed u l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi qal li “llum, il-binja tal-Parlament qed isservi bħala vetrina għall-artist Malti. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjizna, il-kapaċità tal-artist Malti hija kbira ħafna”. Tenna jgħid li “okkażjonijiet bħal dawn qed jagħtu wkoll l-opportunità li jsir użu minn din il-binja li ma sservix biss għall-aspett leġiżlattiv, iżda anke biex kemm il-Maltin kif ukoll il-barranin li jżuru pajjiżna japprezzaw dak li huwa Malti”. Robert Cutajar irringrazzja lill-artist Antoine Farrugia li grazzi għalih, in-nies li ser iżuru din il-wirja jistgħu japprezzaw il-gebla Maltija u fuq kollox il-kapacita tal-artist Malti.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta s-Sur Jason Micallef qal: “Din l-esibizzjoni tkompli tirrijafferma kemm l-Aġenzija hija kommessa li tappoġġja proġetti ta’ kwalità”.

Huwa spjega kif fix-xogħol ta’ Antoine wieħed jista’ jara kreattività artistika ġenwina li teħtieġ ħafna attenzjoni u rispett. Is-Sur Micallef kompla jgħid li huwa ta’ unur għall-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li se tippreżenta dawn ix-xogħlijiet għall-pubbliku.

Din l-esibizzjoni hija xhieda tat-talent straordinarju tal-artist Antoine Farrugia. Farrugia huwa mill-Imqabba li hija lokalita’ sinonima mal-ġebla tal-franka l-aktar minħabba n-numru ta’ barrieri li jinsabu f’dawn l-inħawi. Il-fatt li missier Antoine kif ukoll membri oħra fil-familja tiegħu kienu jaħdmu fil-barrieri, ċertament ikkontribwixxa biex titrawwem f’Antoine din l-imħabba lejn il-ġebla tal-franka.

Ara l-katalgu tal-esibizzjoni hawn

One of the sculptures from the Its All Paperwork Exhibition by Antoine Farrugia One of the sculptures from the Its All Paperwork Exhibition by Antoine Farrugia One of the sculptures from the Its All Paperwork Exhibition by Antoine Farrugia One of the sculptures from the Its All Paperwork Exhibition by Antoine Farrugia One of the sculptures from the Its All Paperwork Exhibition by Antoine Farrugia Left to right: Robert Cutajar, Owen Bonnici, Melanie Erixon, Antoine Farrugia, Jason Micallef

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo