• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
Photo Credits: Josmar Muscat

Il-VCA tniedi l-Esibizzjoni Retrospettiva ta’Anthony Spagnol

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta l-esibizzjoni Transcending the Material - Anthony Spagnol Retrospective, li tiċċelebra aktar minn tliet deċennji ta’ esplorazzjoni artistika minn wieħed mill-aktar artisti kontemporanji ta’ Malta.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta l-esibizzjoni Transcending the Material – Anthony Spagnol Retrospective, li tiċċelebra aktar minn tliet deċennji ta’ esplorazzjoni artistika minn wieħed mill-aktar artisti kontemporanji ta’ Malta.

Ikkurata minn Jessica Muscat, din ir-retrospettiva hija miftuħa mit-Tlieta 3 ta’ Diċembru 2024 sat-8 ta’ Jannar 2025, fil-Palazz tal-Gran Mastru u titratta l-evoluzzjoni ta’ Spagnol mill-arti figurattiva għall-arti astratta u turi l-kapaċità unika tiegħu li jgħaqqad l-oqsma materjali u spiritwali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone, saħqet li, “Ir-‘retrospettiva’ ta’ Anthony Spagnol tippermetti lil dawk li jżuruha biex jiġu f’kuntatt kemm ma’ dak li ma jintqalx kif ukoll ma’ dak li ftit li xejn jiġi diskuss. Dan il-proċess jgħin biex jiġi kkultivat għarfien storiku li mhux biss jagħmel il-passat rilevanti għaż-żmien tal-lum, iżda wkoll jawtentika u jarrikkixxi r-relazzjoni tal-bniedem maż-żewġ aspetti”.

Il-kuratur Jessica Muscat qalet li “Il-vjaġġ ta’ Spagnol mir-realiżmu għall-astratt ma jitrattax biss dwar evoluzzjoni stilistika iżda qawmien profond li jirrifletti traxxendenza tal-materjal spiritwali.. Permezz tal-użu preċiż tal-forma u l-kulur, Spagnol jistedinna biex nanalizzaw dak li ma jidhirx, u nsawru djalogu bejn l-arti, l-eżistenza u l-metafiżika.”

Ix-xogħol ta’ Spagnol jirrifletti vjaġġ ta’ introspezzjoni u innovazzjoni, ispirat mill-movimenti artistiċi postmodernisti Maltin u l-karriera tiegħu bħala konservatur. Xogħlijiet bikrija bħal The New Power Station (1992) u Wires in Mikiel Anton Vassalli Street (1993) jitrattaw tħassib dwar l-ambjent u s-soċjetà permezz ta’ xbihat figurattivi. B’kuntrast, ix-xogħlijiet astratti tiegħu li huma wkoll aktar riċenti, fosthom Transubstantiation (2005) u Christianity, Spirituality and the Other (2015), jistiednu lil min iżur l-esibizzjoni fi spazji meditattivi li jevokaw l-essenza intanġibbli tal-ispiritwalità.

L-esibizzjoni tinkludi xogħlijiet ispirati mill-impenn ta’ Spagnol mal-letteratura, il-mużika, u r-riflessjonijiet profondi tiegħu dwar il-fidi u l-mortalità. Ir-retrospettiva tenfasizza l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tiegħu għall-arti Maltija u d-djalogu kontinwu tiegħu ma’ temi universali ta’ eżistenza, trasformazzjoni, u spiritwalità.

Transcending the Material – Anthony Spagnol Retrospective hija miftuħa kuljum mit-3 ta’ Diċembru 2024 sat-8 ta’ Jannar 2025 fil-Palazz tal-Granmastru, il-Belt Valletta bejn id-9am u l-5pm. Dħul b’xejn minn Triq il-Merkanti.

Għal aktar dettalji, żur il-websajt tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna tagħha fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo