• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Il-ġimgħa tal-għeluq ta’ Fuse

Bħala parti mill-ġimgħa tal-għeluq għall-wirja tal-arti viżwali kontemporanja fuse, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, b’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster, qed torganizza serje ta’ avvenimenti u attivitajiet relatati mad-diversi aspetti ta’ dan il-proġett.

Photo Credits: Jonathan Borg

Waqt il-ġimgħa tal-għeluq tal-esibizzjoni bejn l-10 u s-16 ta’ Lulju 2021 fil-Valletta Design Cluster se jkunu qed isiru numru ta’ avvenimenti, li jinkludu tnedija ta’ ktieb, taħditiet bejn l-artist u l-kuratur, żjarat flimkien mal-kuratriċi, preżentazzjonijiet u wirjiet.

fuse huwa proġett kollaborattiv tal-arti viżwali u r-riċerka b’reazzjoni għall-komunitajiet u l-kuntesti ta’ madwar il-binja tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta.

Din il-wirja li hija magħmula minn tmien installazzjonijiet tal-arti pubbliċi barra l-Valletta Design Cluster, tiċċelebra t-tradizzjonijiet, l-identitajiet u l-istejjer tal-persuni li għexu fil-biċċerija l-antika – binja li għandha iżjed minn 400 sena ta’ storja.

Il-proċess fi tħejjija għall-wirja fuse kien immexxi mill-kuratriċi Elyse Tonna u t-tim tagħha. Il-wirja titratta t-temi tal-Konvivjalità, is-Simbjożi, ir-Ritwali, il-Familjarità, is-Sinerġija, ir-Reżiljenza, l-Ispostament, it-Tranżazzjoni u l-Intersezzjoni..

Tmien artisti u kollettivi se jkunu qed jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom inkluż Aaron Bezzina, Victor Agius, Tom van Malderen, Laura Besancon, Noah Fabri, Fatima AM u Chakib Zidi, Text Catalogue u Andrea Zerafa, Samuel Ciantar, Giola Cassar u Aprille Zammit.

Din hija l-aħħar opportunità biex il-pubbliku jara t-tmien interventi pubbliċi tal-arti. Minbarra programm organizzat ta’ avvenimenti li għalihom hija meħtieġa r-reġistrazzjoni, se jkunu qed jintwerew b’mod regolari spettakli li jiffurmaw parti minn numru ta’ xogħlijiet mid-diversi artisti ta’ fuse. Dawn ser jintwerew fid-daħla prinċipali u fil-bitħa tal-Valletta Design Cluster, kif ukoll fl-iskola għall-arti fi Triq San Duminku.

Skont ir-regolamenti ta’ mitigazzjoni kontra l-firxa tal-virus COVID-19 li huma attwalment fis-seħħ, huwa meħtieġ li tintbagħat reġistrazzjoni minn qabel għall-avvenmenti permezz ta’ email fuq fuse.vca@vca.gov.mt. Il-protokolli tal-COVID-19 se jiġu segwiti b’mod strett, inkluż skennjar taċ-ċertifikati tal-vaċċin fl-entratura.

Għall-programm sħiħ tal-avvenimenti żur [il-paġna ta’ fuse](https://www.vca.gov.mt/mt/events/fuse) u [l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo