• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Fairy Tale Island Cine: Festival ta’ Teatru f’Strada Stretta

Bejn it-30 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Novembru, Strada Stretta Concept, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, bħala parti mill-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, ser ikunu qed jorganiżżaw Fairy Tale Island, festival ta’ ċinema u teatru b’xejn għat-tfal u ż-żgħażagħ bejn it-8 u l-15-il sena.

Dan qed jiġi organizzat flimkien mal-iskola tat-teatru u l-film f’Malta “World of Harmony”.

Din hija t-tielet darba li l-Festival qed jittella’ f’Malta, u l-ewwel darba li ser ikun qed isir ġewwa The Splendid ġewwa Strada Stretta u postijiet oħra qrib li jinkludu City Theatre fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.

Dan il-festival ġie maħluq minn membri tal-komunità li titkellem ir-Russu, speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ. L-għan tal-Festival huwa li jingħaqdu ż-żgħażagħ biex irawwmu l-kreattività tagħhom kif ukoll biex jiżviluppaw forom ġodda ta’ teatru u ċinema.

Iċ-ċentru edukattiv “World of Harmony” Skola tal-Film u t-Teatru f’Malta, organizzat diversi attivitajiet eċċitanti għal dawk kollha li jattendu matul it-tlett ijiem. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-opportunità li joħolqu l-films tagħhom li mbagħad jintwerew f’serata professjonali ta’ wiri ta’ films, fit-30 ta’ Novembru, ġewwa The Splendid. Fil-31 ta’ Novembru, ser issir mixja ggwidata madwar il-Belt għall-parteċipanti li fiha ser tiġi spjegata l-istorja teatrali tal-Belt. Fl-aħħar jum tal-Festival, il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunità li juru l-films tagħhom f’City Theatre.

Il-programm dettaljat tal-Festival ser ikun ppubblikat fuq il-[paġna tal-attività fuq Facebook](https://fb.me/e/cb4pXgJiw). Biex insegwu l-miżuri li qiegħdin fis-seħħ sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid 19, dawk kollha li jattendu l-Festival għandhom jilbsu l-maskra f’kull ħin. In-numru tal-membri tal-udjenza huwa limitat u ser ikun fuq bażi ta’ first come, first served. Ir-restrizzjonijiet jaf jiżdiedu hekk kif jiġi indikat mill-awtoritajiet.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta’ Strada Stretta Concept u l-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo