• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Imniedi l-proċess tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031

Tnieda l-proċess bi tħejjija għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031 f’Malta. Dan tħabbar waqt seminar apposta fit-Teatru Manoel li indirizza lill-Presidenti tar-Reġjuni tal-Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet ġejjin minn reġjuni varji. Dan il-proċess ser jitmexxa mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Photo Credits: Darren Agius
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna: “Sodisfatti u kburin bl-esperjenza tagħna fl-2018, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha l-esperjenza kollha neċessarja biex tmexxi dan il-proċess u tara li jasal għand il-Kummissjoni Ewropea b’suċċess”.
 
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone qalet, “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija inizjattiva Ewropea immirata biex tixħet dawl fuq ir-rikezza u d-diversità ta’ Kulturi Ewropej, kif ukoll li tippromwovi fehim reċiproku akbar fost iċ-ċittadini Ewropej. Kif ġara fil-każ ta’ Valletta 2018, din hija opportunità eċċellenti biex jiġu riġenerati l-ibliet, filwaqt li tingħata spinta lit-turiżmu u jiġu pprovduti opportunitajiet tal-għola livell lill-artisti u persuni kreattivi.”
 
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera qal: “Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, huwa timbru ieħor ta’ eċċellenza importanti għal pajjiżna. Din bla ebda dubju hija opportunità biex pajjżna jixpruna u jesebixxi t-talent lokali. Il-kultura tagħna bħala poplu hija l-mera tas-soċjetà u għalhekk qiegħdin u rridu mhux biss nassiguraw li bl-ebda mod u fl-ebda ħin ma naraw l-industrija kreattiva tikollassa minħabba s-sitwazzjoni preżenti, imma nkomplu nkattru u nsostnu din l-industrija hekk importanti għal pajjizna”.
 
Wara Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura, belt fil-gżejjer Maltin, ser ikollha t-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031, skont skeda maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. L-ewwel fażi tal-proġett tistieden bliet biex jippreparaw u jissottomettu l-proposta lokali inizjali permezz ta’ Espressjoni ta’ Interess bejn Jannar u Marzu 2021.
Din l-inizjattiva hija ddisinjata biex taċċenna fuq ir-rikezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej; tiċċelebra l-karatteristiċi kulturali li naqsmu bħala Ewropej; iżżid is-sens ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni u trawwem il-kontribut kulturali għall-iżvilupp tal-ibliet; dan skont il-programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-Ewropa Kreattiva.
Il-proċess ta’ sottomissjonjiet inizjali qed ikun immexxi mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li kienet stabbilita bħala legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Parti mill-mandat tal-aġenzija skont AL 427 tal-2018, huwa li: “tikkoordina l-proċess ta’ offerti għat-titolu li jmiss ta’ Belt Kapitali tal-Kultura għall-gżejjer Maltin”.
 
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura huwa titlu mogħti għal perjodu ta’ sena lil belt magħżula mil-Unjoni Ewropea, li matulha tingħata opportunità li tesebixxi l-ħajja kulturali u l-iżvilupp kulturali tagħha.
 
Diversi bliet Ewropej użaw il-Kapitali tal-Kultura biex jittrasformaw kompletament il-bażi kulturali tagħhom u, filwaqt li jagħmlu dan, ibiddlu l-perċezzjoni tagħhom internazzjonalment.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo