• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Eluf jingħaqdu fil-Kapitali Maltija għaċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena 2024

Eluf ta’ nies ilbieraħ ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2024 fil-Belt Valletta, f’atmosfera liema bħala, fil-Kapitali ta’ Malta.

Eluf ta’ nies ilbieraħ ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2024 fil-Belt Valletta, f’atmosfera liema bħalha, fil-Kapitali ta’ Malta.

Fil-fatt huwa mifhum li n-numru ta’ Maltin u turisti fil-Belt Valletta ilbieraħ qabeż il-50,000 – numru li laħaq sew dak tal-2018 meta l-Belt Valletta kienet il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.  L-avveniment nazzjonali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena, li ttella’ lajv minn Pjazza San Ġorġ, bis-sehem ta’ numru kbir ta’ kantanti u mużiċisti Maltin li qed jagħmlu isem lill-pajjiżna, għalaq xahar sħiħ ta’ attivitajiet organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-Programm Christmas in the Capital.

Dan l-ikbar avveniment tas-sena jawgura tajjeb ħafna għall-inizjattivi ġodda li għandha mħejjija l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fil-qalba tal-Kapitali, matul ix-xhur li ġejjin.

Il-lejla bdiet b’Lara and the Jukeboys band. Wara mbagħad ħadet ir-riedni f’idejha The Palace String Orchestra mmexxija minn Ryan Paul Abela flimkien ma’ line up ta’ wħud mill-aqwa kantanti lokali li fosthom kien hemm AIDAN, Drakard, Klinsmann, Jasmine, Megan May, Sarah Bonnici kif ukoll Emma Muscat bħala mistiedna speċjali.

Eżatt qabel il-countdown imbagħad, il-preżentaturi flimkien ma’ Dj Koroma u Dj Miggy ferrħu lill-folla fil-Belt u lil dawk li kienu qed isegwu live fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, b’mużika mill-aqwa, b’effetti speċjali fuq il-palk u b’logħob tan-nar fejn ingħata bidu kif jixraq lis-sena 2024.

Il-preżentaturi ta’ din is-serata kienu Ron, Taryn Mamo Cefai u Keane Cutajar.

Iċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena ġew organizzati minn G7 Events bi Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo