• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Tiftaħ l-Esibizzjoni ta’ Arti Kontemporanja ‘fuse’

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta nediet virtwalment l-esibizzjoni ta’ arti viżiva kontemporanja fuse, fl-inħawi tal-Valletta Design Cluster.

Photo Credits: Jonathan Borg

Fuse huwa proġett kollaborattiv ta’ arti viżiva u riċerka li jirrispondi għall-komunitajiet u l-kuntesti tal-bini tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta.

Din l-esibizzjoni, li tinkludi tmien installazzjonijiet pubbliċi tal-arti barra l-binja tal-Valletta Design Cluster li għadha kemm infetħet, tiċċelebra tradizzjonijiet, identitajiet u stejjer tan-nies li għexu fil-Biċċerija l-Qadima – bini b’aktar minn 400 sena ta’ storja.

Il-proċess bi tħejjija għall-esibizzjoni fuse, immexxi mill-kuratriċi Elyse Tonna u t-tim tagħha fuq 18-il xahar, beda minn kunċetti teoretiċi bbażati fuq it-test iffurmati fuq stejjer komunitarji u permezz ta’ diskussjonijiet li jirriflettu t-tematiċi assoċjati max-xogħol tagħhom.

Miftuħa sas-16 ta’ Lulju, il-wirja tittratta t-temi tal-Konvivjalità, is-Simbjożi, ir-Ritwali, il-Familjarità, is-Sinerġija, ir-Reżiljenza, l-Ispostament, it-Tranżazzjoni u l-Intersezzjoni.

Tmien artisti u kollettivi qed jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fosthom Aaron Bezzina, Victor Agius, Tom van Malderen, Laura Besancon, Noah Fabri, Fatima AM u Chakib Zidi, Test Catalog u Andrea Zerafa, Samuel Ciantar, Giola Cassar u Aprille Zammit.

Apparti l-interventi fiżiċi fl-ispazju pubbliku, ser jittella’ programm ta’ outreach matul il-proġett. Dawn se jsiru l-aktar fil-Valletta Design Cluster u l-Iskola tal-Arti.

Aktar dettalji jitħabbru fuq vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija.

Permezz ta’ investiment ta’ €10.4 miljun, il-Valletta Design Cluster – ibbażat f’binja storika li sfat abbandunata għal 50 sena – fetaħ il-bibien tiegħu għad-disinjaturi, artisti, kreattivi u lill-komunità Beltija, li jistgħu jibbenefikaw mill-iskema ta’ sħubija u l-programmi varji li qed jiġu żviluppati.

Il-ġnien ta’ fuq il-bejt tal-Valletta Design Cluster li għadu kemm infetaħ uffiċjalment, huwa parti ewlenija tal-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wettqet fiż-żona tal-Baviera. Dan l-intervent jintroduċi pulmun aħdar ġdid f’din il-parti tal-Belt filwaqt li jipprovdi spazju pubbliku ġdid, aċċessibbli liberament għar-residenti u l-viżitaturi kollha. Il-ġnien jieħu vantaġġ min-natura baxxa tal-bini tal-Biċċerija l-Qadima li fuqu jinsab u jwettaq proċess twil ta’ trasformazzjoni urbana ċċentrat madwar il-ħtiġijiet tar-residenti u l-utenti futuri tal-Valletta Design Cluster.

Il-Valletta Design Cluster huwa miftuħ għall-pubbliku kuljum bejn it-8am u s-6pm.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo