• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Żmien il-Milied fil-Belt Valletta

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza Teatru Rjal, ġie mħabbar ukoll li ser ikun hemm parkeġġ b’xejn fl-MCP Car Park għal min jidħol il-Belt waqt Black Friday, il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru, kif ukoll fit-8 u fit-13 ta’ Diċembru u mid-19 ta’ Diċembru sal-1 ta’ Jannar.
 
Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef qal: “Fiċ-ċirkostanzi straordinarji li qed ngħixu fihom, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, f’rispett sħiħ lejn il-miżuri kollha mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ħasbet biex mill-20 ta’ Novembru – meta ser jinxtgħal id-dawl tal-Milied – sal-aħħar tas-sena, l-ispirtu tal-Milied fil-Belt Valletta ma jmutx. Minkejja r-restrizzjonijiet fl-għażla tal-attivitajiet, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta xorta waħda ħejjiet programm ta’ sensiela ta’ attivitajiet li jvarjaw minn arti performattiva, teatru tat-triq, mużika, korijiet tal-Milied, u fuq kollox, disinn mil-isbaħ ta’ dawl tal-Milied għal Triq ir-Repubblika u Strada Merkanti, u għall-ewwel darba, mal-faċċati kollha ta’ Pjazza San Ġorġ. Ma’ dawn ser ikun hemm ukoll il-Presepju fi Pjazza de Valette u disinn artistiku tan-natività li ser ikun qed jitpoġġa mal-faċċata tal-Main Guard”.
 
Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli spjegat kif l-għan tal-Gvern huwa propju li jgħin biex l-industrija tal-Ospitaità u t-Turiżmu tqum fuq saqajha. Huwa propju għalhekk li l-Ministeru qed jagħti s-sostenn sħiħ tiegħu lejn din l-iskema.
Filwaqt li bħalissa bdejna naħsbu x’rigali nistgħu nagħtu, hija stednitna biex din id-darba naħsbu fl-industriji lokali. Hija fakkret kif fil-Belt Valletta hawn diversi postijiet ta’ akkommodazzjoni fosthom lukandi u boutique hotels u ħeġġet lil min is-soltu jqatta l-vaganzi msiefer biex jikkunsidra dawn il-postijiet u ristoranti fil-Belt Valletta u s-servizzi tal-ospitalità five-star, fejn l-atmosfera ser tkun waħda li tixbaħ dik ta’ bliet oħra iżda fejn l-esperjenza tkun tassew unika.
Hija tenniet li l-programm ta’ attivitajiet li ser ikun qed jittella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, mit-8 ta’ Diċembru ‘l quddiem, joffri diversi opportunitajiet biex wieħed igawdi dawn il-ġranet lill’hinn mil-follol, iżda fejn isib xi ħaġa li tolqot il-gosti ta’ kulħadd.
 
Il-Ministru responsabbli mill-Arti u l-Kultura, Jose Herrera spjega kif permezz ta’ dawn l-attivitajiet u l-inċentivi għal dawk kollha li ser ikunu qed jidħlu l-Belt, l-Arti u l-kultura qed tkun xprun tal-ekonomija u t-tkabbir soċjali.
 
Il-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħaseb li mhux biss iżejjen it-toroq u l-pjazez bi dwal spettakolari, iżda ħoloq ukoll avvenimenti żgħar u medji f’diversi postijiet fosthom Pjazza de Valette, Pjazza Ħelsien, Triq ir-Repubblika, Pjazza l-Assedju l-Kbir, Pjazza San Ġorġ, is-Suq u Strada Stretta.
 
Minkejja li għadejjin minn żminijiet partikolari ħafna, huwa importanti li nkomplu nagħtu s-sostenn tagħna lill-artisti bil-parteċipazzjoni tagħna bħala membri tal-udjenza u li jkomplu jsiru attivitajiet kulturali.
 
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tieħu ħsieb li ssegwi l-miżuri kollha imposti mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u għalhekk wieħed jista’ jgawdi dawn l-avvenimenti matul żmien il-Milied b’moħħu mistrieħ.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.