• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Jitħabbar il-Programm ta’ Christmas in the City

Filwaqt li r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 komplew jitnaqqsu, illum il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbru l-programm ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta fil-ġranet ta’ qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

Photo Credits: Darren Agius

Dawn l-attivitajiet se jkunu qed isiru mit-22 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera tenna li dan il-programm qed jitħabbar wara numru ta’ avvenimenti li saru bi prova kif ukoll b’udjenza li kienet 100% mlaqqma. Il-Ministru qal ukoll li issa li erġajna qbadna t-triq għan-normalità, qed inħeġġu lill-poplu sabiex jattendi għal dawn l-attivitajiet li ser jiġu organizzati skont ir-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u jieħu gost igawdi l-atmosfera tal-Milied fil-belt kapitali tagħna.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li dan hu l-Milied ta’ wara l-pandemija. Dan se jkun l-akbar Milied fil-Belt Valletta, bl-akbar ammont ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet għall-familja kollha li se jibdew mit-22 ta’ Novembru u jibqgħu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru. B’numru ta’ attrazzjonijiet kuljum mill-25 ta’ Novembru sal-25 ta’ Diċembru.

Dan hu programm ta’ sensiela ta’ attivitajiet, varjati inkluż avvenimenti mużikali, teatrali, u ta’ briju li se jdaħħlu lil kulħadd fl-ispirtu tal-Milied.

Għall-attività ta’ lejlet l-ewwel tas-sena se jattendi l-kantant Ingliż famuż John Newman. John Newman huwa magħruf għal diversi kanzunetti popolari fosthom “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”. Apparti Newman, f’lejlet l-ewwel tas-sena se tieħu sehem The Palace String Orchestra fejn se jkun hemm prestazzjonijiet minn Aidan, Gaia, Jasmine, Klinsmann, Megan u Ozzylino, filwaqt li se jieħu sehem Debrii. L-avveniment se jkun ippreżentat minn Abel, JD u Martina.

Fost l-avvenimenti ewlenin se jkun hemm; id-dwal tal-Milied, is-siġar tal-Milied, proġezzjonijiet, mużika mill-ispeakers fi Triq ir-Repubblika, Eżibizzjonijiet teatrali, prestazzjonijiet mużikali, puppet shows, Blind Date with a Book u Presepju fi Pjazza San Ġwann.

Żur is-sezzjoni tal-[Avvenimenti](https://www.vca.gov.mt/en/events) ta’ dan is-sit u [l-paġna](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-VCA fuq facebook għal aktar informazzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo