• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Strada Stretta
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Christmas Cabaret with Heidegger

Bħala parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għas-sena 2021, The Strada Stretta Concept, li huwa taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se jkun qiegħed itemm is-serje ta’ avvenimenti ta’ din is-sena b’Kabarè tal-Milied ma’ Heidegger.

Dan l-avveniment se jkun qed isir fil-15 ta’ Diċembru 2021. Din il-prestazzjoni se tibda fit-8:00pm u se ssir f’The Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Dan il-Milied, The Splendid se jiġi trasformat fi klabb tal-kabarè fejn l-udjenza tista’ sserraħ rasha li se tkun qed tgawdi minn serata ta’ mużika, letteratura u prestazzjoni. Filwaqt li fil-passat Strada Stretta kienet magħrufa għax-shows tagħha tal-kabarè, din is-sena The Strada Stretta Concept qed jintroduċi bidla billi jippreżenta ħdejn xulxin, bil-għan li jinħareġ kuntrast, il-kabarè u l-filosofija ta’ Martin Heidegger. F’dan l-avveniment, il-kitbiet eżistenzjali ta’ Heidegger se jifformaw pont max-xena tad-divertiment. Dan se joffri atmosfera li tipprovoka l-ħsieb fi ħdan kunċett ta’ kabarè vibranti.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda huwa importanti li tibbukkja postok minn qabel. Jekk jogħġbok ibbukkja post billi tibgħat email fuq info@vca.gov.mt jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni preżenti, dawk kollha li jattendu jridu jkunu vvaċċinati kompletament, u għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-prestazzjoni. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skennjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni żur il-paġni ta’ Facebook ta’ [The Strada Stretta Concept](https://www.facebook.com/thestradastrettaconcept) u tal-[Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo