• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • DeuS
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Bejn Linja u Oħra – ċelebrazzjoni tal-ilsien Malti

Bejn Linja u Oħra - ċelebrazzjoni tal-Ilsien Malti, ser titella’ fit-12 ta’ Ġunju, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta, fid-9pm.

Din hija lejla spettakolari li matulha l-ispirtu tal-Belt Valletta se jingħata l-ħajja permezz tal-immaġni, ir-ritmu, l-azzjoni, u versi mill-isbaħ.

L-iskript jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ metaforiku madwar il-Belt Valletta. Il-produzzjoni hija maħluqa minn tim artistiku, Norbert Bugeja, Ray Calleja u Albert Marshall. L-iskript, li jinkludi versi ta’ aktar minn 30 poeta fosthom Dun Karm, Achille Mizzi, Maria Grech Ganado, Mario Azzopardi, Oliver Friggieri, Immanuel Mifsud u Walid Nabhan, ġie mgħaqqad minn Norbert Bugeja. It-test huwa fil-maġġor parti tiegħu bil-Malti, iżda jinkudi xi versi bil-Franċiż u l-Ingliż.

Fost l-atturi nsibu lil Charlotte Grech, Lee-N Abela, Marceline Galea, Vanessa Aquilina, Paul Portelli, Patrick Tanti, Stephen Mintoff u Karl Cassar. L-element mużikali huwa mmexxi minn Daniel Cauchi.

Oriġinarjament, din il-prestazzjoni kienet maħsuba bħala mixja madwar il-Belt u ġiet adattata mill-ġdid għat-teatru biex tkun konformi mar-regoli għal kontra l-firxa tal-imxija tal-Covid-19. Ix-xeneġġjatura għaddiet minn diversi adattamenti u hija f’idejn l-attur, preżentatur u direttur, Ray Calleja. Qed tinkorpora d-diversi ilħna u perspettivi tal-Belt Valletta u niesha tul iż-żminijiet, b’referenza partikolari għall-aspetti soċjali, storiċi, u emozzjonali ta’ dak li jagħmilha l-Belt li hi.

Din storja ta’ xalar u niket, avventura fil-qalb ta’ belt ħosbiena. Kultant ittir bil-ferħ, jew tħuf qalb id-dlam fejn sparixxa l-Caravaggio. Jekk timxi pass pass magħha, taf tkellmek ħin bla waqt — bla sliem.
Bejn Linja u Oħra hija vjaġġ tas-sensi li jistiednek tħares lejn l-poeżija bejn vers u ieħor u lejn il-Belt, bejn triq u oħra. Isma l-ilħna tagħha hekk kif jingħataw il-ħajja permezz tal-vers u l-moviment. Aqsam il-pontijet, u ntilef fit-toroq u t-turġien tagħha. Itfa’ ħarstek fuq ġmiel il-Port il-Kbir waqt li timmedita dwar kliem li jfakkrek fis-seħer tal-Belt — il-ħolm, il-ħsejjes, u x-xewqat tagħha.

Nistidnukom għal lejla fejn tidħlu magħna fl-irkejjen moħbija tagħha…

Biljetti minn [showshappening.com](www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/Bejn-Linja-u-Ohra)

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo