• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Become a Member
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • EIT Urban Mobility RIS Hub Malta
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

Agħti Widen – preżentazzjoni li tiċċelebra l-identità u l-kultura Maltija

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta “Agħti Widen”, spettaklu li jgħaqqad il-mużika sinfonika mal-vidjografija b’temi ta’ ritwali, l-ambjent naturali, is-snajja u l-festi Maltin. “Agħti Widen” se jittella’ ġewwa Pjazza Teatru Rjal nhar l-10 u l-11 ta’ Settembru fit-8pm.

Dan il-proġett se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika u xenografija, kif ukoll ħsejjes awtentiċi Maltin minsuġa f’narrattiva unika. Il-ħsejjes tal-mewġ, it-tokki tal-kampnar, iċ-ċekċik taċ-ċombini tal-bizzilla (u aktar) se jingħaqdu ħaġa waħda mal-orkestra.

Il-kompożitur tal-mużika sinfonika kollha ta’ “Agħti Widen” huwa Ruben Zahra – isem stabbilit fix-xena tal-mużika kontemporanja. Minbarra l-mużika, Zahra ħa ħsieb id-direzzjoni artistika, kif ukoll il-vidjografija ta’ dan il-proġett bl-assistenza ta’ team professjonali.

“Agħti Widen” jinkludi wkoll narrattiva mill-pinna tal-kittieb Trevor Żahra, interpretata mill-attriċi Kassidy Calleja, tifla ta’ 11-il sena. “Agħti Widen” jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ l-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Pavel Šnajdr u ta’ KorMalta taħt id-direzzjoni tas-surmast Riccardo Bianchi.

Biljetti minn showshappening.com.

Din il-preżentazzjoni se tkun qed issir taħt il-patroċinju tal-E.T George Vella, il-President ta’ Malta.

Din l-attività ġiet approvata mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u se tkun qed issir skont ir-regolamenti maħruġin mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo