• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Dwarna
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija bbażata fi Studjow
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
        • InnovAiR
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3 Spring
  • Strada Stretta
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana

1 ta’ Mejju: Songs of Hope fuq TVM

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, flimkien mad-direttur Malti Olandiż ta’ fama internazzjonali, Lawrence Renes u grupp ta’ artisti u mużiċisti internazzjonali ewlenin, ser jagħtuna interpretazzjoni mill-aqwa ta’ kanzunetti klassiċi fil-produzzjoni Songs of Hope.

Photo Credits: Justine Ellul

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, flimkien mad-direttur Malti Olandiż ta’ fama internazzjonali, Lawrence Renes u grupp ta’ artisti u mużiċisti internazzjonali ewlenin, ser jagħtuna interpretazzjoni mill-aqwa ta’ kanzunetti klassiċi fil-produzzjoni Songs of Hope.

Din il-produzzjoni tixxandar fl-1 ta’ Mejju fuq TVM fid-9pm.

Bħala Direttur Artistiku ta’ Songs of Hope, Renes, li reċentament inħatar Ambaxxatur Malti għall-Kultura, qal, “F’dawn iż-żminijiet, aktar u iktar, aħna l-artisti aħna l-ewwel persuni li nirrispondu għall-bżonnijiet emozzjonali u għalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li jsiru kunċerti u li n-nies jesperjenzaw l-arti għax hija tant meħtieġa ”.

Dan il-programm mill-qalb, taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu Il-President ta’ Malta, fih sett ta’ kanzunetti sbieħ mir-repertorju klassiku fosthom il- Kantiku ta’ Benjamin Britten, ‘My Beloved Is Mine’, ta’ John Dowland, ‘Now, O, Now I Needs Must Part’ u ‘O Solitude’ ta’ Henry Purcell – interpretati mill-kontrotenur Tim Mead waqt li l-mezzo sopran Anna Werle tinterpreta ‘Urlicht’ ta’ Gustav Mahler u ‘Schwipslied ‘ ta’ Johann Strauss.

Is-sopran Elin Rombo ser tesegwixxi ‘Skogen Sover’ ta’ Hugo Alfven u ‘Glitter and Be Gay’ ta’ Leonard Bernstein minn Candide, kif ukoll il-kanzunetta tradizzjonali ‘I Denna Ljuva Sommartid’.

Il-baritonu ta’ Jeremy Carpenter ser jittrasportana lejn dinja oħra permezz ta’ ‘Weep You No More’ ta’ Roger Quilter u ‘Soliloquy’ ta’ Rodgers & Hammerstein minn Carousel.

Il-kantanti ser jingħaqdu kollha flimkien għal ‘Drop, Drop, Slow Tears’ ta’ Orlando Gibbons u ‘You’ll Never Walk Alone’ ta’ Rodgers & Hammerstein minn Carousel.

Il-pjanista Alphonse Cemin ser jinterpreta ‘Meditation on Haydn’s Name’ ta’ George Benjamin u fl-aħħar, il-kantanti kollha flimkien mal-pjanista jagħtuna l-interpretazzjoni tagħhom ta’ ‘Make Our Garden Grow’ ta’ Leonard Bernstein minn Candide.

Id-direzzjoni tal-palk ġiet fdata lill-Ingliż Benjamin Davis li huwa isem internazzjonali fil-qasam tal-produzzjonijiet operistiċi.

[Aktar dettalji dwar Songs of Hope hawn](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/music-of-joy-and-hope).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta
  • Numru tat-Telefon
    +356 2124 2018
  • Email
    info@vca.gov.mt

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-Ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn.

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-Aċċessibilità
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.

Another website by TheWebAlly Logo